Referenza: 906/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
LUNGARO MIFSUD MARLENE ET NOE vs FENECH ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - RELEVANZA TAL-BUONA FEDE TAL-INKWILIN - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - RELEVANZA TAL-MALA FEDE TAL-INKWILIN - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - SKEMA ARTIFICJALI
Fil-Qosor
Huwa minnu li enfitewta jew subenfitewta jista' jikru fond lil terz kif hemm stipulat u koncess fl-Artikolu 1530 tal-Kap. 16, imma daqstant iehor huwa minnu li kull ftehim bhal dan ghandu jigi esegwit"in buona fede" u mhux a skapitu u ghad-detriment tas-sid jew sidien, direttarji tal-fond. Huwa wkoll minnu li socjeta` kummercjali hija guridikament distinta mill-azzjonisti li jkunu hargu l-kapital rikjest biex din tkun tista' topera. Imma b'daqstant ma jfissirx li l-Qorti hija prekluza milli tikkunsidra addizzjonalment il-fatt li l-kirja li tkun jew li tkun giet mahluqa mill-koncedent tkun effettivament saret ma' entita` li hija ghal kollox - almenu sa dakinhar tal-ftehim - taht il-kontroll ta' l-inkwilin. Fi kliem iehor, mod "legali" li permezz tieghu kien qisu l-inkwilin kera l-fond de quo lilu stess.

Kuntratt ta' lokazzjoni li ma jkunx sar "in buona fede" u li kien biss maghmul bhala stratagemma biex jeludi lill-proprjetarji u direttarji tal-fondi de quo mir-ripreza taghhom ta' l-istess fondi ma jistax jitqies ghall-finijiet ta' l-Artikolu 1530 tal-Kodici Civili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni