Referenza: 47/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
GHIO TONY vs AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT GIA L-AWTORITA TA' L-IPPJ
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT
Fil-Qosor
F'appelli minn decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar il-Qorti ta' l-Appell tista' tirrevedi biss kwistjonijiet dwar punti ta' dritt li jkunu decizi mill-Bord. Dan jfisser li ma hemmx appell fuq kwistjonijiet ta' fatt, fuq kwistjonijiet ta' apprezzament ta' provi. Ma hemmx dritt ta' Appell lanqas fuq punti ta' ligi sakemm dawn ma jkunux espressament decizi fid-decizjoni appellata.

Dan ma jfissirx li l-appellant ma ghandux rimedji ohra, anke quddiem dawn il-Qrati, sabiex iressaq 'il quddiem l-ilment tieghu fuq l-allegazzjonijiet minnu vantati, izda dan mhux necessarjamentquddiem il-Qorti tal-Appell minn punti ta' dritt decizi mill-Bord tal-Appell, ghaliex l-ezami li trid u ghandha taghmel din il-Qorti huwa biss fl-ambitu ta' dak provdut fl-artikolu 15 (2) tal-Att I tal-1992, u kull konsiderazzjoni ohra hija "ultra vires" ghal din l-istess Qorti.

Interpretazzjoni ta' policies ta' l-ippjanar ma jikkostitwixxi l-ebda punt ta' dritt li gie deciz mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar u dan kwindi jeskludi l-kompetenza ta' din il-Qorti. Il-Qorti ta' l-Appell ma tistax tissostitwixxi d-diskrezzjoni tal-Bord ma' taghha u ma tistax tiddisturba l-interpretazzjoni li taha l-Bord ghall-policies li kienu japplikaw fil-kaz in kwistjoni, u dan apparti li mill-korptal-istess decizjoni jidher li l-istess policies gew sew applikati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni