Reference: 2019/2001/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CAMILLERI MARY DORIS SIVE DORIS vs SAINT PAUL'S COURT LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL INDUSTRIJALI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Summary
Il-Qorti ghandha s-setgha li tisma' kull kawza dwar decizjoni jew imgiba ta' korp gudizzjarju jew kwazi gudizzjarju mahluq bis-sahha ta' xi ligi. Dan il-principju ovvju ma jehtieg l-ebda kwalifika.Dak li jrid jinghad huwa li, madankollu, tali stharrig irid isir fil-limiti precizi tal-ghan tieghuu m'ghandux jiddawwar f'ezercizzju ta' appell minn jew ta' revizjoni tal-mertu tal-kwestjoni li dakil-korp gudizzjarju jew kwazi-gudizzjarju kien kompetenti li jqis. Dan jghodd izjed u izjed fejn l-istharrig gudizzjarju jirreferi ghat-Tribunal Industrijali;

B'mod partikolari, l-ebda ezercizzju ta' stharrig gudizzjarju hekk sewwa msejjah ma jista' jghodd fih intervent dwar jekk it-tribunal jew korp kwazi-gudizzjarju kienx konsistenti bejn dak li tressaq quddiemu bhala fatti u dak li iddecieda, jew jekk l-apprezzament tal-fatti jew in-nuqqas ta' apprezzament ta' ohrajn kienx wiehed rilevanti, jew jekk it-tribunal messux fehem xi kuncett legali b'mod minflok mod iehor.

Jekk Qorti tiddeciedi li tistharreg l-imgiba jew id-decizjoni ta' tribunal, u ssib li jew (a) li t-tribunaljirrizulta li qabez is-seghat tieghu, jew kien nieqes minn setgha, jew (b) li ma mexiex mal-ligi litahtha twaqqaf jew (c) li naqas li jhares xi wiehed mill-principji tal-haqq naturali, l-aktar li l-Qorti tista' taghmel huwa li thassar dak l-ghamil jew dik id-decizjoni, u tordna s-smigh mill-gdid, jekk ikun il-kaz. Qorti li tistharreg lil tribunal amministrattiv ma tistax tghaddi biex taghti hi r-rimedju li l-ligi terfghu lil dak it-tribunal;

Il-ligi taghraf bejn impieg ghal zmien definit u impieg ghal zmien indefinit, u, ghall-finijiet ta' tifsir ta' "tkeccija ingusta" (fl-Att XXII tal-2002 li dahal minflok l-XXX tal-1976), tqis biss dan tal-ahhar bhala dak l-impieg li r-rimedju tat-temm tieghu jista' jintalab mit-Tribunal Industrijali;

Gie ghadd ta' drabi mfisser mill-Qrati taghna li l-gurisdizzjoni esklussiva tat-Tribunal hija biss eccezzjoni ghall-gurisdizzjoni generali u aktar wiesgha (imsejha "gurisdizzjoni ordinarja") li jhaddnu dawn il-Qrati, u l-imsemmija gurisdizzjoni specjali, mnissla minn dispozizzjoni ta' ligi specjali, m'ghandhiex tithalla tohrog lil hinnmil-limiti stretti mfissra f'dak il-ligi specjali;

Il-gurisdizzjoni esklussiva moghtija lit-Tribunal Industrijali dwar tkeccija minn impieg meqjusa bhala ingusta hija, fil-kliem tal-ligi, "ghal kull ghan". Din il-Qorti tifhem li dan ifisser li l-indagni dwar jekk it-tkeccija kinitx misthoqqa jew le jmur lil hinn minn konsiderazzjoni ta' raguni gusta u sufficjenti fil-mertu;

F'dan ir-rigward, gie stabilit kemm mill-kitbiet tal-awturi u kif ukoll minn decizjonijiet tat-Tribunal Industrijali nnifsu li huwa ghandu s-setgha, taht l-artikolu 75 (l-artikolu 28 tal-Kap 266), li jifli tkeccija minn impieg ukoll jekk, minkejja li kien hemm ragunijiet li jiggustifikawha, din tkun saretb'mod mhux misthoqq jew ingust. Fi kliem iehor, din il-gurisdizzjoni tat-Tribunal testendi ghal dakli huwa maghruf bhala technically unfair dismissal. Tali bixra ta' fehmiet baqghet titqies ukoll matul iz-zminijiet. B'dan ghalhekk li, ladarba jigi stabilit li l-kwestjoni taqa' fil-limiti ta' dikil-gurisdizzjoni esklussiva, l-Qrati ma jkollhomx izjed setgha jidhlu fil-kwestjoni, u jibqa' bisssetgha ta' revizjoni dwar l-operat tat-Tribunal, fit-termini u l-limiti imfissrin izjed 'il fuq;

Kemm hu hekk, dawn il-Qrati waqfu milli jiddeciedu kwestjonijiet marbuta ma' talbiet dwar kundizzjonijiet ta' impieg u dan ukoll f'kawzi fejn, biex jaghmlu l-accertamenti taghhom dwar il-kaz, kienmehtieg li tigi investigata wkoll il-kwestjoni tal-validita' tat-temm tal-impieg. Waqfu sahansitramilli jqisu talbiet fejn ir-ragunijiet wara decizjoni ta' temm ta' impieg setghet kienet kontra l-proceduri interni stabiliti tal-post tax-xoghol;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info