Reference: 298/2002

Judgement Details


Date
07/11/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs CHETCUTI STEPHEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RAZZIZMU, ELEMENTI TAR-REAT AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-ISTAMPA - VERBAL, REGISTRAZZJONI TA` KWISTJONIJIET IMPORTANTI
Summary
Huwa principju elementari li jekk fil-kors ta' xi proceduri gudizzjarji parti tkun trid taghmel xi sottomissjoni jew tipproduci xi provi u l-qorti ma thallihiex, u jekk dik il-qorti ma tkunx irregistrat, jew irregistrat tajjeb, dan il-fatt, dik il-parti ghandha mhux biss id-dritt izda, jekk trid tipprevalixxi ruhha minn xi rimedju quddiem xi qorti ohra, ghandha addirittura l-obbligu li tirregistral-posizzjoni taghha permezz ta' verbal. Addirittura jekk qorti timpedixxi lil xi parti milli tirregistra tali verbal, dik il-parti ghandha dritt li tipprezenta dak il-verbal permezz ta' nota fir-registru. Ir-regola hi li dak li jsehh quddiem qorti u li hu, jew li jista' jkun, ta' importanza, jigi registrat fil-verbal ta' dik l-udjenza.

L-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Istampa, Kap. 248, introdott f'din il-ligi permezz tal-Att X tal-1996. Dan l-artikolu - li n-nota marginali tieghu tghid "Razzizmu u reati simili" - jipprovdi hekk:

Kull min, b'xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta' dan l-Att, jhedded, jinsulta jew jesponi ghal mibeghda, persekuzzjoni jew disprezz, lil xi persuna jew gruppta' persuni minhabba fir-razza, twemmin, kulur, nazzjonalita`, sess, dizabilita` kif definita fl-artikolu 2 ta' l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs ghal Persuni b'Dizabilita`, Kap. 413, jew origini nazzjonali jew etnika jehel meta jinsab hati prigunerija ghal zmien ta' mhux izjed minn tlett xhur u multa.

Filwaqt li d-delitt tal-malafama ("defamatory libel") huwa intiz biex jipprotegi r-reputazzjoni tal-persuna, dan ir-reat huwa intiz sabiex jipprotegi "persuna jew grupp ta' persuni" minn theddid, insulti, mibeghda, persekuzzjoni jew disprezz, perpetrati b'xi mezz imsemmi fl-Artikolu 3, li jkollhom bhala bazi r-razza, it-twemmin, il-kulur, in-nazzjonalita` ecc. ta' dik il-persuna jew ta' dak il-grupp ta' persuni. Ma hemmx ghalfejn li dak li jinkiteb jew jixxandar ikun intiz biex jhedded, jinsulta, jew jesponi ghal mibeghda, persekuzzjoni jew disprezz minhabba xi wahda mir-ragunijietappena msemmija (cioe` razza, twemmin, ecc.); ikun bizzejjed jekk dak li jinkiteb jew jixxandar ikollu dik it-tendenza, u dan konformement mal-principji generali tal-ligi in tema ta' libell. S'intendi jekk stampat jew xandira ikollux jew ikollhiex tali tendenza jiddependi fuq ic-cirkostanzi partikolari ta' kull kaz.

Ma hemmx dubbju li l-liberta` ta' l-istampa kif ukoll il-liberta` ta' l-espressjoni huma fondamentali f'socjeta` demokratika, u ghalhekk ir-restrizzjonijiet ghal tali libertajiet ghandhom ikunu limitati ghal dak li huwa strettament necessarju biex jigu protetti valuri u drittijiet ohra, xi whud minnhom importanti daqs l-istess dritt ghall-liberta` ta' espressjoni u ta' l-istampa. Fost dawn id-drittijiet l-ohra hemm id-dritt li persuna tipprotegi r-reputazzjoni taghha, kif ukoll id-dritt li persuna (jew grupp ta' persuni) ma tigix insultata jew esposta ghal disprezz minhabba, fost affarijiet ohra, ir-razza, twemmin jew origini nazzjonali jew etnika taghha. Ir-razzizmu huwa, sfortunatement, fenomenu li qed jerga' jerfa rasu f'diversi pajjizi u huwa proprju ghalhekkli hafna pajjizi (inkluza Malta) u l-komunita` internazzjonali jghaddu lijigiet u jiehdu mizuri biexjppruvaw jarginaw jew jaghmlu tajjeb ghall-hsara li tali razzizmu necessarjament igib fit-tessut socjali.

Ir-reat kontemplat fl-Artikolu 6 tal-Kap. 248 ma jirrikjedix li min ikun kiteb jew ippublika l-artiklu in kwistjoni ikollu "l-intenzjoni" li jinsulta jew li jesponi ghal disprezz lil xipersuna jew grupp ta' persuni minhabba xi wahda mir-ragunijiet imsemmija fl-istess disposizzjoni; kif diga nghad, huwa bizzejjed jekk dak li jkun gie stampat (jew dak li jkun gie mxandar, skond il-kaz) ikun minnu nnifsu jtendi li hekk jinsulta jew jesponi ghal disprezz. Jigifieri jekk, bhala fatt,meta qarrej ta' intelligenza ordinarja jaqra l-artiklu, dak il-qarrej tista' tonqoslu f'mohhu l-istima ghal dik il-persuna jew ghal dak il-grupp ta' persuni minhabba dak li jkun qara dwar dik il-persuna jew dak il-grupp, allura f'dak il-kaz ikun hemm ir-reat. Biex qorti tasal ghall-konkluzzjoni hu evidenti li trid taqara l-artiklu kollu kemm hu biex tara dan, kollu kemm hu jew partijiet minnu, x'impatt jista' jhalli fuq il-qarrej ta' intelligenza ordinarja. L-ezercizju, ghalhekk, irid isir principalment mill-qorti, u mhux mehtieg li jingiebu persuni bhala xhieda biex jghidu huma x'fehmu jew ghal liema konkluzjoni waslu ghaliha wara li qraw l-artiklu. Jidher li kien proprju ghalhekk, infatti,li l-prosekuzzjoni f'dan il-kaz ma ressqet ebda xhud partikolari f'dan is-sens, anqas lit-tnejn min-nies imsemmija fil-kwerela. Meta tigi biex taghmel dan l-ezercizzju, il-qorti trid ukoll izzomm quddiem ghajnejha id-distinzjoni bejn kumment u fatt: xi haga li tkun l-espressjoni ta' kumment jew opinjoni necessarjament thalli ferm anqas impatt fuq il-qarrej minn dak li jigi presentat (tajjeb jew hazin) bhala xi fatt innegabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info