Reference: 11/2000/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AZZOPARDI JOHN ET vs TRIGANZA LAWRENCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU - LOKAZZJONI, PROVA TAL-BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - KUNCETT TA` BZONN - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - RELATIVE HARDSHIP - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - SELF-INFLICTED HARDSHIP - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - SUITABLE ALTERNATIVE ACCOMMODATION
Summary
Fid-Dritt Giustinianeo, u precizament bin-Novella 118, il-koncett espress tal-kelma "familja" gie estiz u aktar armonizzat mas-sens naturali, u liberat mill-artificjalita` tal-"patria potestas", u giemaghmul li jikkomprendi dawk kollha kongunti permezz tad-demm u dixxendenti wahda mill-ohra jew minn stipiti komuni.

Dan il-kuncett issokta jigi amplijat fis-sens illi, kif intqal, "l-espressjoni membru tal-familja ma tirrikjedix li l-konsangwinita` hi bilfors u dejjem pre-rekwizit tal-"membership" tal-istess familja".

Gie ritenut illi "l-kelma "familja" fil-kontest tal-Kap 69, fin-nuqqas ta' kliem iehor li jillimita s-sinjifikat taghha, ghandu jkollha t-tifsir ordinarju taghha um'ghandiex tinghata ebda nterpretazzjoni stretta. It-test li ghandu jigi applikat huwa jekk bniedemordinarju kienx iqis lil persuna in kwestjoni bhala membru tal-familja tal-kerrej. Normalment jitqiesu bhala membri tal-familja tal-kerrej dawk kollha li joqoghdu mieghu permanentement fis-sens li jaghmlu d-dar taghhom mieghu.

Ghall-finijiet tar-ripresa fuq il-bazi ta` bzonn, huwa car li l-kelma "requires" fid-disposizzjoni tal-ligi (Art 9 (b)) tindika bzonn mhux semplici xewqa jew preferenza. Il-piz tal-prova ta' dan il-bzonn hu fuq is-sid li jehtieg juri mhux biss li hu qed jagixxi inbuona fede imma wkoll illi hu ghandu bzonn li jirriprendi pussess tal-fond Altrimentri l-inkwilin ma ghandux jigi disturbat bla bzonn fid-dgawdija tal-fond mikri ghax kwalunkwe zgumbrament igib 'hardship' u l-izgumbrament ghalhekk irid ikun gustifikat.

Wiehed ghalhekk ghandu joqghod ferm attent fl-evalwazzjoni tal-bzonn u ma jesagerax iz-zejjed. Gie ritenut illi "requires" tikkonnota "something more than desire, although at the same time something much less than absolutely necessity willdo".

L-offerta ta' "alternative accomodation" mhiex kondizzjoni 'sine qua non' biex is-sid ikun jista' jiehu pussess tal-fond tieghu.

Minn naha l-ohra f'kazijiet ta' hardship il-Bord ghandu jqis ic-cirkostanzi kollha tal-kaz kompriza dik ta' any alternative accomodation available forthe landlord or the tenant.

Issa hi wkoll gurisprudenza illi jekk il-kerrej ghandu suitable alternative accomodation ma hemmx bzonn u ma huwiex il-kaz li jigi paragonat il-hardship rispettiv tal-partijiet u s-sid ghandu jigi moghti l-pussess tal-fond jekk hu jipprova li ghandu grad ragjonevoli ta' bzonn li jiehdu ghall-okkupazzjoni tieghu jew tal-persuni msemmija fil-ligi.

Hawnhekkil-Qorti ma qabletx mas-sottomissjoni li l-fatt tar-rinunzja tad-dritt ta' abitazzjoni fil-fond konjugali kienet tammonta ghal 'self-inflicted hardship'. Tali rinunzja trid tigi ezaminata u apprezzata fil-kaz konkret u ma jidherx li hi xi haga straordinarja illi koppja li tkun qed tissepara tilhaqarrangament bhal dak. Is-self-inflicted hardship tokkorri meta l-kerrej b'manuvra arkitettata minnujipprokura l-izgumbrament tieghu nnifsu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment