Reference: 3064/1996/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
THE MARGARINE IMPORT CO. LTD vs KONTROLLUR TAD-DWANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
INDEBITI SOLUTIO, ELEMENTI TA` - INDEBITI SOLUTIO, META HIJA DOVUTA RIFUZJONI - INDEBITI SOLUTIO, ZBALL
Summary
Huwa innegabbli bhala materja ta' dritt illi "kull hlas jissopponi dejn, u dak li jithallas bla ma jkollu jinghata, jista' jintalab lura" [Artikolu 1147 (1), Kodici Civili]. Izda biex ir-radd tal-hlas mhux misthoqq jista' jintalab lura jehtieg li dak il-hlas ikun sar bi zball. Il-pagament hu maghmul bi zball meta jsir fl-opinjoni zbaljata li tkun qeghda tigi ezegwita obbligazzjoni, minghajr distinzjoni bejn zball ta' fatt u zball ta' dritt, sakemm l-izball ta' dritt ikun il-kawza unika jew principali tal-pagament u l-haga ma tkunx dovuta lanqas ghall-obbligazzjoni naturali.

Issa mill-qari ta' l-Artikolu 1022 (1) "hu evidenti li l-fondament ta' l-azzjoni ta' l-indebiti solutio huwa f'min ikun hallas; liema zball ma ghandux japprofitta minnu min ikun irceva l-hlas skond il-massima ta' gustizzja naturali "jure naturae aequum est neminem cum alterius detrimento fieri locupletiorem".

Jekk ma ssirx il-prova ta' dak l-izball fis-solvens, u b'mod specjali jekk issir il-prova lidak is-solvens kien jaf bic-cirkostanzi li minhabba fihom hu ma kienx tenut ghal hlas, allura ma ghandux id-dritt ghar-ripetizzjoni ta' dak li hallas ghaliex 'indebitum solutum sciens non recte repetit'. F' dan il-kaz min ikun hallas ma jkollux raguni jilmenta, u 'imputet sibi' jekk kellu xi dannu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment