Reference: 1330/1995/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PORTANIER GEORGE NOE vs BEZZINA CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - KUNTRATT, META TINHOLOQ CIRKOSTANZA MHUX PREVISTA - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI - PROVA, ECCEZZJONIJIET GHALL-PROVA SKRITTA
Summary
F' materja kontrattwali l-ftehim hu ligi ghall-partijiet kontraenti [Artikolu 992(1), Kodici Civili;

Hi regola li l-kuntratti jigu ezegwiti bil-bona fidi (Artikolu 993, Kodici Civili);

Hi wkoll regola ben affermata illi kontra l-miktub mhumiex ammissibbli provi mhux miktuba (Contra testimonium scriptum, testimonium non scriptum non aufertur");

B'danakollu huwa indubitat li hija ammessa l-prova testimonjali bl-iskop li jigu kjariti hwejjeg mhux cari, l-ambigwitajiet u l-incertezzi tal-att kontrattwali sabiex tigi ccarata l-intenzjoni tal-partijiet, ghaliex f'tali kaz ma jkunx kaz ta' prova orali in kontradizzjoni jew b'zieda ghall-prova skritta, izda jkun il-kaz ta' provatestimonjali tendenti li tikkonferma il-kontenut ta' l-att miktub u sabiex jigi dimostrata il-veraintenzjoni tal-partijiet li minn dak l-att, minghajr l-ghajnuna tal-prova testimonjali, tkun tirrizulta mhux cara jew tidher incerta jew ambigwa.

Meta f' kuntatt il-partijiet ma jkunux spjegawruhhom car, jew posterjorment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li hemm bzonn tigi maqtugha, allura l-Qrati jkunu obligati jinterpretaw il-konvenzjoni; u dina ghandha tigi primarjament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt u li tkun tidher car mill-kumpless tal-konvenzjonijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info