Reference: 9/2001/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET vs IGNATIUS LICARI NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DEFINIZZJONI TA` QORTI GHALL-FINIJIET TA` REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KIF GHANDHA SSIR REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI
Summary
Is-subinciz (3) ta' l-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni jipprovdi illi "jekk f' xi procedura f' xi qortili ma tkunx il-Prim' Awla tal-Qorti Civili jew il-Qorti Kostituzzjonali tqum xi kwestjoni dwar il-ksur ta' xi wahda mid-disposizzjonijiet ta' l-imsemmija artikoli 33 sa 45 (maghdudin), dik il-qorti ghandha tibghat il-kwistjoni quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili kemm-il darba fil-fehma taghha t-tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx semplicement frivola jew vessatorja ...";

Is-subinciz (3) ghall-Artikolu 4 ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea hu koncepit tista' tghid f' dawn l-istess termini;

Ta' essenza f' dawn is-subincizi huma dawn ir-riflessjonijiet:

I. Il-kwestjoni kostituzzjonali jew konvenzjonali kellha tkun materjalment u ntrinsikament konnessa mal-meritu pendenti quddiem il-qorti li tkun ghamlet ir-riferenza. Li jfisser li r-riferenza kellha tirrifletti bi precizjoni l-kwestjoni li tkun qamet quddiemha u li fil-fehma taghha t-tqanqil tal-kwestjoni ma kienx sempliciment frivolu jew vessatorju;

II. Ma huwiex precizament il-parti li taghzel it-triq ta' riferenza. Dan ghaliex il-kwestjoni kostituzzjonali tista' titqajjem ukoll mill-qorti adita oltre milli mill-partijiet. Una volta dik il-qorti tikkonstata l-kwestjoni kostituzzjonali li tqanqlet ma kinitx wahda sempliciment frivola u vessatorja, hi kienet marbuta li taghmel ir-riferenza u dan indipendentement mill-volonta` tal-kontendenti. Riferenza essenzjali biex hi tkun tista' tiddetermina l-kwestjoni kostituzzjonali involut fil-meritu quddiemha. Riferenza li stricto jure hi kienet obbligata litaghmel allura anke fil-kaz ta' opposizzjoni tal-partijiet jew ta' xi wahda minnhom;

III. Il-kelma "qorti" riferenzjata f' dan is-subinciz [Artikolu 46 (3)] hi mfissra fl-Artikolu 47 bhala komprensiva ta' kull qorti li ma tkunx qorti mwaqqfa bi jew skond ligi dixxiplinarja u fl-artikoli 33 u35 ta' din il-Kostituzzjoni tinkludi, dwar reat kontra ligi dixxiplinarja qorti hekk imwaqqfa;

Il-kwistjoni li tqajmet f'din il-kawza kienet jekk il-Bord ta' l-Arbitragg ta' l-Artijiet kienx jikkwalifika bhala "qorti" ghall-finijiet ta' referenza.

Fuq din it-tematika jezistu zewg veduti distinti u kontrastanti. Hemm dik li ssostni l-interpretazzjoni ristretta tal-kelma "qorti" b' mod li ma tippermettix estensjoni tas-sinjifikat taghha. B' kuntrast hemm dik li tirritjeni illi t-terminu "qorti" ghandu jigi kkunsidrat fis-sens wiesgha b' mod li tinkludi kull forma ta' tribunal fejntigi amministrata l-gustizzja;

Il-Qorti hawnhekk ikkonkludiet illi l-Bord ta' l-Arbitragg kien jikkwalifika bhala "qorti" u ghalhekk seta' jirreferi kwistjonijiet ta' natura kostituzzjonali lill-Prim' Awla tal-Qorti Civili.

1. Il-ligi ma timponix fuq il-qorti li taghmel ir-riferenza xi formola sagramentali dwar kif tesprimi l-fehma taghha illi l-kwestjoni mqanqla ma kinitx semplicement frivola jew vessatorja;

II. Kien bizzejjed li mill-atti ta' riferenza jkun jidher car illi l-ewwel Qorti ma qiesetx il-materja mqanqla u riferita kienet wahda semplicement frivola jew vessatorja;

III. In-nuqqas ta' kjarezza fid-dicitura uzata fid-digriet ta' riferenza ma kellhiex wahedha twassal ghan-nullita` ta' l-istess riferenza jekk mill-assjem ikun car li l-Qorti li ghamletriferenza kienet hekk ghamlet wara li qieset il-materja tal-frivolezza jew vessatorjeta`;

IV.Filwaqt li l-qorti li tikkonsidra kwistjoni kostituzzjonali imqanqla quddiemha skond is-subinciz (3) ta' l-Artikolu 46 kellha d-dover tindaga u tiddeciedi jekk dik il-kwestjoni kinitx jew le semplicement frivola jew vessatorja, hi ma kinitx obbligata li taghti raguni ghaliex kienet qed taghmel ir-riferenza lill-Prim' Istanza. Dan fis-sens li kellu jkun ovvju li jekk issir tali riferenza dan kellunecessarjament ifisser li dik il-qorti li ghamlet ir-riferenza kienet sodisfatta, wara li ghamlet dak li l-Kostituzzjoni kienet timponi fuqha li taghmel, li l-kwistjoni sollevata ma kinitx semplici frivola jew vessatorja. Fil-fehma ta' din il-Qorti allura, anke jekk hija desiderabbli, ma kienx mehtieg ad validitatem illi tali dikjarazzjoni tan-non-frivolezza u non-vessatorjeta` ssir espressamentfid-digriet ta' riferenza ghax kien naturalment sottintiz fil-fatt stess li tkun saret ir-riferenza;

Ara wkoll Kummissarju ta' l-Art v. Violet Briffa et (PA (KOST) 40/02 JRM Dec. 19/6/2003)




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment