Reference: 5/1993/3

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
KONKORS TA' KRED TA' JOS BOWMAN NOE vs X
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, PLEGG POSSESSORJU FAVUR KULL MIN ISEWWI, JIBNI L-BASTIMENTI ECC - ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, PRIVILEGG FUQ IS-SALARJU TA` L-EKWIPAGG - ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, PRIVILEGG FUQ SPEJJEZ GUDIZZJARJI SABIEX ISIR IL-BEJGH TAL-BASTIMENT U L-QSIM TAL-PREZZ LI JGIB - PRIVILEGG, ESTENSJONI TA`
Summary
Il-privileggi ghandhom jinghataw interpretazzjoni stretta, u m'ghandhomx jircievu estensjoni anormali u eccessiva.

L-Att dwar il-Bastimenti Merkantili johloq plegg possessorju a favur"

"Kull min isewwi, jibni l-bastimenti jew kull kreditur iehor li taht il-harsien u awtorita' tieghu jkun tqieghed bastiment ghall-ezekuzzjoni ta' xogholijiet jew ghanijiet ohra ghandu jkollu plegg possessorju fuq il-bastiment."

Kull privilegg jew plegg li jinholoq wara li l-bastiment jiddahhalfid-dock, jsegwu dejjem il-plegg possessorju li l-kuntrattur igawdi ghat-tiswija tal-vapur. L-ammont ta' kreditu, ovvjament, jinholoq meta t-tiswija tkun lesta kollha, pero', darba li dan isehh, l-ammonti kollha inkorsi ghat-tiswija tal-vapur jitqiesu bhala kreditu wiehed munit bi plegg possessorjuli nholoq malli l-bastiment jidhol ghat-tiswija.

Il-plegg possessarju ghandu japplika anke jekk il-ghan li ghalih il-bastiment tqieghed fil-pussess tal-kreditur ma kienx ghal bini jew tiswija,izda "attivita'" ohra. Dan ma jfissirx, pero', li kull kreditu li jinholoq waqt li l-bastiment ikunf'idejn tali kreditur, huwa kopert mill-plegg possessorju: biex il-kreditu jkun hekk kopert l-azzjoni li holqitu trid tkun marbuta mal-ghan li ghalih il-bastiment tqieghed f'idejn il-kreditur li qedigawdi il-plegg possessorju. Il-kelma "attivita'", f'tali artikolu, m'ghandhiex tinqara bhala l-azzjonijiet individwali varji svolti mill-kreditur fuq il-bastiment, izda l-attivita' in generali li kienet l-ghan li ghalih il-bastiment originarjament gie f'idejn il-kreditur. Ghalhekk, il-plegg possessorju jkopri biss dawk il-krediti li ghandhom x'jaqsmu mal-attivita' li kienet l-ghan li ghalih il-bastiment tqieghed fil-pussess ta' dak li konsegwentement sar kreditur tal-bastiment. Jekk dan il-ghan kien it-tiswija tal-bastiment, ma jistax jinghad li kull debitu iehor, mhux konness mat-tiswija, uli fil-fatt inholoq wara li t-tiswija tlestiet, huwa kopert mill-plegg possessorju.

Il-pleggpossessorju jinholoq fil-mument meta l-bastiment jigi f'idejn dak li ghandu jsewwieh/jibnieh jew jidhol taht il-harsien jew l-awtorita' ta' tali kreditur ghall-esekuzzjoni ta' xogholijiet jew ghanijiet ohra.

Il-privilegg taht l-artikolu 50(h) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili jolqot is-salarji tal-ekwipagg ghal perjodu ta' tliet xhur qabel l-ahhar vjagg ghal tul l-ahhar vjagg u ghall-perjodu ta' wara l-ahhar dhul tal-bastiment fil-port.

Lill-bahhara li jkunu parti mill-ekwipagg tal-vapur jikkompeti l-privilegg ghas-salarji taghhom mid-data tat-tluq tal-bastiment sad-data tar-ritorn, mhux mill-jum li fih il-vapur ikun telaq mill-port ta' l-ahhar post li jkun fih sal-port tal-vapur u li minnu jkun salpa fil-bidu nett.

L-art. 50(a) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili johloq privilegg fir-rigward ta' `spejjez gudizzjarji sabiex isir il-bejgh tal-bastiment u l-qsim tal-prezz li jgib.'

Spejjez gudizzjarji wara proceduri ta' natura differenti m'humiex privileggjati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info