Reference: 282/1997/1

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
BUGEJA ANTHONY vs MICALLEF PUBLIUS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, WIEHED MILL-KONJUGI JISTA` JORBOT L-ASSI TAL-KOMUNJONI - KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA MAGHMUL BIL-KUNSENS TA` WIEHED MILL-MIZZEWGIN BISS
Summary
Il-Kodici Civili taghna (Kap 16) jaghmel distinzjoni bejn dawk l-atti ta' amministrazzjoni ordinarja, li huma koncessi lill-kull wahda mill-mizzewgin separatament, u li jorbtu lill-komunjoni tal-akkwisti skond is-subinciz (b) tal-Artikolu 1327; u dawk l-atti ta' amministrazzjoni straordinarja li majistghux jigu attwati jekk mhux bil-partecipazzjoni taz-zewg konjugi.

L-unika eccezzjoni ghar-regola stabbilita` fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 1322 insibuha fl-artikolu 1324 li jitkellem dwaratti normali ta' gestjoni ta' kummerc, negozju jew professjoni meta il-jedd li jezercita dawk l-atti jkun vestit f'dik il-parti (mill-mizzewgin) li tkun qed tezercita dak il-kummerc, negozju jew professjoni, anke jekk tali atti jkun jikkostitwixxu atti ta' amministrazzjoni straordinarja.

L-att ta' amministrazzjoni straordinarja li ma jkunx relatat ma' xi kummerc, negozju jew professjoni,dejjem jehtieg, ad validitatem, il-kunsens jew partecipazzjoni taz-zewg konjugi. Infatti fl-assenzata' tali kunsens jew partecipazzjoni, l-parti li ma tkunx hadet sehem f'dak l-att ta' amministrazzjoni straordinarja, hija intitolata li fi zmien tlett snin tipprocedi ghall-annullament ta' dak l-att,liema terminu jibda jiddekorri jew minn meta tkun saret taf bih, jew mir-registrazzjoni, jekk dan ikun mehtieg, jew minn meta tintemm il-komunjoni tal-akkwisti. Dan id-dritt tal-konjugi li ma tkunx ippartecipat f'dak l-att ta' amministrazzjoni straordinarja jispicca ukoll fi zmien tliet xhur mill-jum li fih ikun notifikat l-att lil dik il-parti bil-mezz ta' att gudizzjarju, kemm-il darba dik il-parti ma tkunx bdiet azzjoni ghal dak l-annullament. (Art. 1326)

Att ta' amministrazzjoni straordinarja ta' wiehed mill-konjugi wahdu jorbot l-assi tal-komunjoni tal-akkwisti kemm-il darba ma jkunx hemm pronunzjament tal-qorti dwar in-nullita` ta' dak l-att. Ir-relazzjonijiet interni bejn il-konjugi ghar-reintegrazzjoni jew danni ma jeffettwawx lit-terz.

Ara pero' John Cassar v. Francis Mangion et (PA 15/11/2002 Cit. Nru.2443/1999) u Anthony sive Ninu Frendo v. Angelo Zahra pro et noe (APP CIV 31/1/2003 App. Nru. 1379/1997 u Claudette Gauci v. Paolo Bonnici Ltd et (PA Cit. Nru. 14/02 TM deciza 9/10/2003 appell pendenti)




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info