Referenza: 935/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
VELLA DAVID ET vs MERCIECA VICTOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO FINIUM REGUNDORUM, ELEMENTI TA` - ACTIO FINIUM REGUNDORUM, MHIX PRESKRIVIBBLI
Fil-Qosor
L-artikolu 325 tal-Kap 16 li jipprovdi li:-

"Kull sid jista' jgieghel lill-gar jaghmel, bi spejjez komuni, sinjali li jidhru u li jibqghu, biex juru l-limiti tal-fondi tghhom li jmissu ma xulxin".

L-actio finium regundorum hija "azzjoni illi tista' tigi tentata b'success biss fil-kazijiet fejn jirrizulta li hemm xi dubbji dwar il-konfini bejn proprjeta` w ohra".

Kull sid jista' jgieghel lill-gar jaghmel bi spejjez komuni, sinjali li jidhru u li jiqbghu biex juru l-limiti tal-fondi taghhom li jmissu ma xulxin. Izda meta dawk il-konfini jkunu gew stabbiliti bejn il-partijiet, sija bi ftehim sija b'sentenza, l-azzjoni 'finium regundorum' tkun ezawrita, u ma tistax tigi ezercitata mill-gdid, jekk mhux fil-kaz li dawk il-konfini jkunu gew imnehhija minn forza magguri jew hsarat kagunati mill-azzjoni tat-temp b'mod li ma jibqghux aktar jintaghrfu. Izda jekk it-termini jibqghu jissussisti l-ebda wahda mill-partijiet ma tkun tista' titlob apposizzjoni gdida, ghax il-konvenzjonijiet bhall-gudikati jifformaw il-Ligi bjn il-partijiet.

L-actio finium regundorum hija impreskrittibbli; ghaliex tikkostitwixxi ghall-proprjetarji vicini att purament fakoltativ u ghaliexid-dritt ta' dawk il-proprjetarji li jitolbu r-regoalment tal-konfini, meta dawn ikunu incerti jew promiskwi, huwa inerenti ghall-proprjeta` u kwindi ma jistax jispicca sakemm tibqa' tissussisti l-proprjeta".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni