Reference: 536/1994/1

Judgement Details


Date
28/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEBONO MARIA DOLORES ET NOE vs GRECH JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO FINIUM REGUNDORUM, DISTINZJONI BEJN L-ACTIO REI VINDICATORIA U - ACTIO FINIUM REGUNDORUM, ELEMENTI TA` - ACTIO REI VINDICATORIA, DISTINZJONI BEJN L-ACTIO FINIUM REGUNDORUM U
Summary
L-actio finium regundorum tiddistingwi ruhha mill-actio reivindicatoria in kwantu fejn din ta' l-ahhar tippresupponi kontestazzjoni dwar id-dominju jew titolu tal-proprjeta`, dik tar-regolamentazzjoni tal-konfini hi mahsuba biex tirrizolvi kwestjonijiet dwar l-estensjoni tad-dritt tal-proprjeta`;

L-actio finium regundorum ghalhekk ittendi biex telimina l-incertezzi tad-demarkazzjoni bejn zewg fondi u taghmel is-sitwazzjoni ta' fatt kompatibbli ghal dik tad-dritt. Fi kliem iehor ghandhabhala skop u finalita` taghha d-determinazzjoni oggettiva tal-fond u l-accertament ta' l-estensjonitad-dritt;

L-'actio finium regundorum' hi azzjoni li tista' tigi tentata b'success biss fil-kazijiet fejn jirrizulta li hemm xi dubju dwar il-konfini bejn proprjeta` u ohra.

L-azzjoni ghalhekk tippresupponi l-incertezza jew d-dubju tal-konfini. Incertezza li tista' tkun oggettiva jewsoggettiva. Oggettiva fis-sens fejn ma jkunux jezistu sinjali apparenti cari; soggettiva, fil-kazli l-attur ikun irid jelimina l-konflittwalita` jew biex jevita l-possibilita` ta' uzurpazzjoni ta'xi parti mill-art tieghu. Ir-rizultat ta' indagini hi wahda purament dikjarattiva ta' accertament;

Jinghad ukoll bhala materja ta' dritt illi f'din ix-xorta ta' azzjoni l-principju risalit ghad-dritt Ruman - "actore non probante reus absolvitur" - ma japplikax. Dan ghaliex iz-zewg kontendenti ghandhom l-oneru li jippruvaw l-estensjoni tal-fond rispettiv taghhom;

Il-prova tista' ssir bi kwalunkwe mezz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info