Reference: 895/2001/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
HECNEF PROPERTIES LIMITED vs KOLUDROVIC STEPHEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, DEFINIZZJONI TA` - KONVENJU, IL-QORTI MA TISTAX TVARJA L-FTEHIM MILHUQ BEJN IL-PARTIJIET - KUNTRATT, IL-QORTI MA TISTAX TVARJA L-FTEHIM MILHUQ BEJN IL-PARTIJIET
Summary
Il-weghda tal-persuna li tbiegh gid taghha hija wahda unilaterali, daqs kemm unilaterali hija l-weghda ta' min jghid li jrid jixtri. Fi kliem iehor, il-konvenju huwa "obbligazzjoni bilaterali li tibqa' dejjem guridikament diviza b'zewg obbligazzjonijiet unilaterali li f'kull wahda minnhom hemm il-kreditur u d-debitur tal-obbligazzjoni, fis-sens illi hemm dak li jrid jippresta u hemm dak li jiehul-beneficcju tal-prestazzjoni".

L-ghan ta' l-artikolu 1357(3) tal-Kodicic Civili huwa wiehedli jipprovdi ghall-ezekuzzjoni ta' weghda maghmula bejn zewg partijiet, liema weghda trid tkun tiswau ma tkunx saret ghal ragunijiet li l-ligi ma tippermettihomx. L-izjed importanti, imma, hu li r-rwol tal-Qorti huwa dak li tara li l-weghda tiswa u li tordna lill-parti li tkun qeghda zzomm lura milli tersaq ghall-ftehim biex taghmel dan kif miftiehem. Ma jidhirx li l-Qorti hija moghtija s-setgha li tindahal hi f'dak li l-partijiet ma ftehmux, jew li tibdel xi kundizzjoni minn fost dawk li gewmaqbula mill-partijiet fuq l-att tal-konvenju.

Il-bixra wahdanija fl-ghadd ta' decizjonijietli l-Qrati taghna taw dwar din id-dispozizzjoni tal-ligi kienet fis-sens li jekk ikun hemm xi cirkostanza li tirrizulta wara li jkun sar ftehim bhal dak jew li ma kinitx maghrufa lil xi parti meta tkun saret il-weghda ta' bejgh u xiri, dik il-parti jkollha raguni tajba biex ma tigix imgeghla tersaqghall-ftehim ahhari. Imkien ma nghad xi darba li l-Qorti tista' tordna li jsir ftehim ahhari mibdul jew differenti minn dak li l-partijiet kienu originarjament ftehmu. Li kieku jsir hekk, jigri lil-Qorti tkun qeghda tohloq ftehim gdid u mhux taghti ezekuzzjoni ta' ftehim imwieghed.

Fejn ikun hemm ftehim ta' weghda ta' bejgh u/jew ta' xiri u ma jkunx hemm stipulazzjoni espressa li tohloqkundizzjoni sospensiva, iz-zmien (miftiehem jew prezunt) tal-weghda jibqa' ghaddej, u ma jibqax jorbot izjed lill-partijiet jekk kemm-il darba jghaddi u jkun ghad hemm xkiel biex jista' jigi pubblikat il-ftehim ahhari.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info