Reference: 699/1996/1

Judgement Details


Date
28/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
CUTAJAR DOMINIC vs DEBONO JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, AZZJONI GHAD-DANNI META JKUN HEMM BEJGH LIL TERZI FIL-MORI TAL-KONVENJU - KONVENJU, BEJGH LIL TERZI FIL-MORI TAL-KONVENJU - KONVENJU, MHUX MEHTIEG LI L-KOMPRATUR JAGIXXI GHALL-EZEKUZZJONI TAL-KONVENJU META L-VENDITUR IKUN BIEGH LIL TERZI FIL-MORI TAL-KONVENJU - KONVENJU, RESTITUZZJONI TA` DEPOZITU AKKONT TAL-PREZZ
Summary
Il-konvenut kien marbut b'konvenju li jbigh lill-attur u, waqt li kien ghadu hekk marbut, bigh lil terzi. Il-bejgh lil terzi kien ifisser illi l-konvenut ma kienx sejjer ibigh lill-attur; huwa veruilli, meta sar il-bejgh lil terzi, il-konvenju bejn l-attur u l-konvenut kien ghad fadallu zmien biex jaghlaq, u l-konvenut seta', fit-teorija, jerga' jixtri biex ibigh lill-attur bi prezz inqas minndak li bih bigh lil terzi. Fil-verità, izda, il-fatt li bigh lil terzi bi prezz oghla huwa xhieda bizzejjed illi l-konvenut ma kellux il-hsieb li jwettaq l-obbligazzjonijiet tieghu taht il-konvenju.

Ladarba, bl-ghemil tal-konvenut, il-bejgh lill-attur ma setax aktar isir, l-attur seta' bissifittex ir-rimedju alternattiv taht l-art. 1357(1) tal-Kodici Civili:

1357. (1) Il-weghda ta' bejgh ta' haga bi prezz determinat, jew bi prezz li ghandu jigi stabbilit minn persuna wahda jew izjed bhalma jinghad fl-artikoli ta' qabel dan, ma titqiesx bejgh; izda, jekk tigi accettata, iggib,f'dak li wieghed, l-obbligu li jaghmel il-bejgh, jew, jekk il-bejgh ma jkunx jista' izjed isir, l-obbligu li jhallas id-danni lill-accettant.

Fic-cirkostanzi, kien ikun ghalxejn ghall-attur lijsejjah lill-konvenut b'att gudizzjarju, kif irid l-art. 1357(2) tal-Kodici Civili, jew li jaghmel ic-citazzjoni msemmija f'dak is-sub-artikolu, jew li jistenna sakemm jaghlaq iz-zmien tal-konvenju.

Ir-rimedju ghar-rifuzjoni tad-depozitu u l-likwidazzjoni u hlas ta` danni huwa r-rimedju lijghodd ghall-kaz, u b'ebda mod ma jista' jinghad illi, ghax qieghed ifittex rimedju, l-attur irrinunzja ghall-jeddijiet tieghu.

Il-pretensjoni ghad-danni kienet bazata fuq konvenju li l-attur (kompratur) kien lehaq ghamel ma` terzi. Il-venditur issottometta li l-attur ma setax ibigh l-art ladarba ma kinitx ghadha saret tieghu, u l-konvenju ma kienx jaghtih is-setgha li jressaq lil haddiehor floku biex jixtri minghand il-konvenut stess.

Il-Qorti irriteniet li l-attur kellu aspettativa legittima illi kien sejjer jixtri l-art, ladarba l-konvenut intrabat li jbighhielu, u seta' jibda jahseb biex jaghmel qligh mill-art hekk kif issir tieghu.

Madankollu, il-qorti ma kienetx tal-fehma illi setghet toqghod fuq il-ftehim li l-attur ghamel ma' terzi biex ibighilhom l-art bi prezz oghla bhala l-kejl tad-danni, kemm ghax il-prezz stipulat f'dak il-konvenju ma kienx jorbot lill-konvenut, u kif ukoll ghax l-ahjar prova li tassew sar il-konvenju b'dak il-prezz ma ngibitx.

Il-Qorti illikwidat id-danni fuq il-bazi tal-kuntratt li bih il-konvenut biegh lil terzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info