Reference: 17/2002

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CRIMINAL
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs MICHAEL SALAMONE U MARCELLO SIVE MARCEL CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, STQARRIJA TA` KO-AKKUZAT
Summary
Sa zmien recenti il-prassi tal-Qrati Taghna kienet li kull stqarrija ta' ko-akkuzat tithalla li tingieb quddiem il-gurija fl-intjerezza taghha anki fejn issemmi jew taghmel riferenza ghal xi ko-akkuzat iehor, bis-salvagward pero' li l-Imhallef togat ikollu l-obbligu li jispjega sew lil gurija li dakli jghid ko-akkuzat fil-konfront ta' ko-akkuzat iehor ma jistax jitqies bhala prova kontra l-istessko-akkuzat iehor.

Din il-prassi, ormai stabilita, giet skossjata sew b'gurisprudenza aktarrecenti. Skond il-gurisprudenza precedenti kien jigi ritenut li tali "statements" jew konfessjonijiet, salv kwalunkwe attakk li jista' talvolta isir kontra taghhom da parti tad-difiza fl-istadju ulterjuri, huma dokumenti rilevanti w regolarment esebiti w, bhala tali, l-gurati ghandhom id-dritt kolluli jzommuhom quddiem ghajnejhom u li l-produzzjoni - kompriz il-qari u l-ghoti lill-gurati - tal-istqarrija jew konfessjoni ta' wiehed mill-ko-akkuzati w li tkun tinvolvi ko-akkuzat iehor li ma jkunxdak li ghamel l-istess stqarrija ma tmurx kontra l-artikolu 661 tal-Kodici Kriminali li jiddisponili konfessjoni ta' akkuzat ma tippregudikax lill-iehor, purche' li l-Qorti Kriminali, fl-indirizz taghha lill-gurati w talvolta anki qabel, tenuncja car dan il-principju.

Gie ritenut illi huwaaktar konducenti biex jigi assikurat li l-iskop tal-ligi verament jintlahaq u ma jkunx hemm dubju lil-gurati setghu gew influwenzati indebitament minn dak li jkun qal il-ko-akkuzat, jekk fi kwalunkwestqarrija ta' ko-akkuzat tithalla barra kull riferenza li tista' tkun pregudizzjevoli ghall-ko-akkuzat/i iehor/ohrajn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info