Reference: 891/1990/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA PAUL PRO ET NOE vs GALEA CARMEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA TISTA` TITQAJJEM PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, META X-XERREJ JIRRIFJUTA L-OGGETT MIBJUGH - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT MIBJUGH - BEJGH, REXISSJONI FUQ IL-BAZI TA` KWALITA` DIFFERENTI MINN DIK PATTUWITA INTENTATA WARA R-RICEZZJONI TAL-OGGETT - BEJGH, TEORIJI DIVERGENTI DWAR ID-DISPONIBILITA` TA` RIMEDJU META L-OGGETT MIBJUGH MA JKUNX TAL-KWALITA` PATTUWITA
Summary
Fl-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1390 tal-Kodici Civili, is-sentenzi tal-Qrati taghna ma humiex ghal kollox konkordi. Hemm dawk li affermaw li din l-azzjoni jew eccezzjoni ma tistax tigi sostenutawara r-recezzjoni tal-konsenja. U hemm ohrajn li jghidu li din hi ammessa kemm jekk ix-xerrej ikungja rceva l-konsenja tal-haga kemm jekk le.

Minn aspett iehor, riferibilment ghat-trasferiment tal-proprjeta u r-riskju ta' l-oggett mixtri, jinsab enuncjat illi meta x-xerrej jirrifjuta l-oggett li jkun baghtlu l-venditur ghax l-oggett hu hazin u mhux adatt ghall-fini tax-xiri, kif hu dejjemprezunt li ghandu jkun l-oggett mibjugh u javza lill-venditur b'dan ir-rifjut, l-istat ta' fatt ikun daqs li kieku naqas ghal kollox l-oggett tal-bejgh, u kwindi ma hemmx trapass tal-proprjeta` jew tal-periculum rei perditae.

Saz-zminijiet recenti l-Qorti ta' l-Appell segwit it-tifsira adottata f'dawk il-gudikati li rritenew li biex ix-xerrej jehles mir-rabta kontrattwali li kien dahal fiha li jakkwista l-oggett minghand il-venditur, fejn dak l-oggett ma jkunx konformi mal-kampjun jew skond il-kwalita` imwieghda, hu kellu jirrifjutah jew materjalment jew billi jiddepozitah taht l-Awtorita` tal-Qorti. Naturalment skond l-istess termini ta' l-artikolu tal-ligi, seta' wkoll jaghzel lijaccettah u jhallas prezz anqas ghalih fuq stima ta' perit.

Din kienet difiza li l-kompraturseta' javanza ukoll per via di eccezione jekk il-venditur jinterpellah biex ihallas il-prezz ta' l-oggett in vendita`. Mill-banda l-ohra jekk il-kompratur jaghzel li jzomm l-oggett lilu konsenjat u bl-ebda mod ma jirreagixxi skond kif trid il-ligi ghall-fatt li dak l-oggett ma jkunx skond il-kampjun jew tal-kwalita` pattwita, l-kompratur ikun qieghed jippregudika irremedjabilment il-posizzjoni tieghu.

Il-fatt li l-kompratur utilizza l-oggett minnu mixtri u mpjegah ghall-iskop li ghalihgie akkwistat, poggih, fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz fl-impossibilita` li jikkonsenja lura l-oggett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info