Reference: 574/1993/1

Judgement Details


Date
27/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
VELLA BRIGITTE vs VELLA RICHARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PAULIANA, ATT LI JKUN SAR B`GHAN ONEST - ACTIO PAULIANA, ATT LI JSIR B`TITOLU GRATUWITU - ACTIO PAULIANA, CONSILIUM FRAUDIS - ACTIO PAULIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PAULIANA, EVENTUS DANNI - ACTIO PAULIANA, NOZZJONI TA` KREDITUR
Summary
F`materja ta' azzjoni pawljana l-kelma "kreditu" ghandha tigi interpretata mhux fis-sens ristrett ta' persuna li ghandha kreditu prekunjarju accertat, imma fis-sens ta' kull min ghandu azzjoni x`jiddeduci biex jirreklama l-adempiment ta' obbligazzjoni, b`mod li jista' jisperixxi tali azzjoni kull min jinsab ippregudikat bil-fatt ta' haddiehor b`atti kompjuti mid-debitur.

Id-domanda li tridissir ghal fini ta' l-"eventus damni" hija din: bl-att jew bl-atti impunjati, id-debitu jkun almenuppeggjora l-posizzjoni finanzjarja tieghu bi hsara tal-kreditur domandanti? Jekk it-twegiba hija fil-posittiv, allura dan l-element ikun gie ppruvat. Jekk imbaghad jigri wkoll li bit-tnaqqis tal-assi tal-komunjoni ma jkunx hemm bizzejjed biex jigi sodisfatti d-dejn li jkun jaggravaha, allura jidhlu fis-sehh id-disposizzjonijiet li nsibu fl-artikoli 1330 u 1331 tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta.L-artikolu 1331 tal-Kodici Civili jiddisponi li kull wahda mill-partijiet fiz-zwieg ghandha taghtilura lill-komunjoni ta' l-akkwisti kull somma ta' flus jew il-valur ta' kull oggett li parti tista'tkun hadet mill-akkwisti biex thallas djun li ma jaqghux taht id-dispozizzjoni ta' l-artikolu 1327.L-artikolu 1330 imbaghad jiddisponi li meta l-beni tal-komunjoni ma jkunux bizzejjed biex jithallsu d-djun li jkunu piz fuqhom, il-kredituri ta' dik il-komunjoni jistghu in subsidium jinforzaw it-talba taghhom kontra l-beni parafernali.

Ghalhekk huwa lecitu ghal parti fiz-zwieg li tattakkaatt maghmul mill-konjugi l-iehor li jnaqqas l-assi parafernali ta` dan ta' l-ahhar.

Ghal dakli jirrigwarda l-consilium fraudis l-animus nocendi mhux mehtieg biex tigi ezercitata l-azzjoni revokatorja, imma huwa bizzejjed li jkun hemm ix-xjenza li l-att ser ikun leziv ghall-kreditu.

L-artikolu 1144(3) tal-Kap 16 jipprovdi li jekk l-att impunjat ikun sar b`titolu gratuwitu, bizzejjedli l-kreditur jipprova li kien hemm qerq min-naha tad-debitur.

Imqar fejn att ikun sar b`ghan onest, fejn xorta wahda wiehed seta` jipprova li bl-effett tieghu dan ser jaghmel hsara lill-kredituri, hemm dejjem il-"consilium fraudis". Dan ghaliex min ikun jaf bl-effett ta' xi att, u b`danakollu jrid jaghmel dak l-att, allura jsegwi li huwa jrid ukoll dak l-effett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info