Reference: 999/1991/1

Judgement Details


Date
27/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA ANTHONY PRO ET NOE ET vs ABELA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, KUNCETT TA` FOND LI MA JKUNX FACILMENT DIVIZIBBLI - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TAHT IL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI, ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, HLAS TA` DAWL U ILMA MA JOHLOQX LOKAZZJONI - LOKAZZJONI, PRESTAZZJONI TA` SERVIGI MA TOHLOQX LOKAZZJONI
Summary
Meta ma jkunx hemm l-ebda korrispettiv miftiehem allura ma jistax jinghad li tezisti lokazzjoni. Il-fatt tar-rendiment ta' servigi bhala forma ta' kumpens ghall-uzu tal-fond ma jikkrejax kirja.

Ukoll ma tinholoqx kirja bil-fatt tal-hlas tal-konsum tad-dawl u ilma jew servizzi ohra. Dan lanqas skond is-sinifikat estiz tal-kelma "kirja" moghti mil-Kap. 69.

L-ulied li jkunu jghixu mal-genituri u jikkontribwixxu flus jew prestazzjonijet ohra lill-genituri taghhom ma jistghux jitqiesuli ghandhom sehem fil-lokazzjoni jew li ghandhom lokazzjoni jew sullokazzjoni.

Tkun haga ghal kollox irreali kieku wiehed kellu jghid li l-ulied maggorenni li jibqghu jghixu d-dar tal-geniturighandhom ghaliex jikkontribwixxu xi haga ghall-ispejjez domestici, anki talvota biex jithallas il-kera, jitqiesu b'daqshekk assocjati mal-genituri fl-inkwilinat jew li ghandhom sullokazzjoni.

Jista' jigi argomentat illi din id-definizzjoni ta' kirja ghal fini tal-ligi specjali fil-Kap. 69 tamplifika fuq l-Artikolu 1533 tal-Kodici Civili u tirrikonoxxi bhala kirjiet, kuntratti li ma kienuxaltrimenti jitqiesu taht il-ligi ordinarja li hekk ikunu. Indubbjament pero` l-element ta' quid proquo ghad-dritt ta' okkupazzjoni fuq il-fond kellu jigi sodisfacentement provat. Dan id-dritt ta' okkupazzjoni kellu biex jakkwista l-protezzjoni tal-Kap. 69 ikun inghata jew b'titolu li fih wahda mill-partijiet kontraenti tintrabat ghall-ezekuzzjoni ta' xi obbligazzjoni (titolu oneruz ai termini ta' l-Artikolu 962(1) tal-Kodici Civili) jew b'titolu li fih kull wahda mill-partijiet tobbliga ruhhali taghti jew taghmel xi haga li titqies bhala li tiswa daqs dik il-haga moghtija lilha jew li tigimaghmula ghaliha (totolu kommutativ ai termini ta' l-Artikolu 963 tal-Kap. 16).

F`divizjoni ma jistax ikun mixtieq jew pretiz li fond jigi assenjat lil uhud mill-kon-dividendi minhabba l-fatt biss ta' l-okkupazzjoni tieghu minnhom. Dan ghaliex jibqa' principju fondamentali illi mill-qasma ghandha titnissel ripartizzjoni ugwali.

Skond il-ligi l-kondividenti ghandhom jedd jiehdu s-sehem taghhom tal-beni "in natura" (Artikolu 502 tal-Kodici Civili);

Ghalhekk "meta fond ikun divizibbli komodament u minghajr diskapitu, ma ghandux jigi applikat ir-rimedju tal-licitazzjoni. Komodament, jigifieri minghajr pregudizzju ta' l-interessi tal-kondividenti; minghajr diskapitu, jigifieri illi ma ghandux ikun hemm deprezzament fil-valur ekonomiku tal-fond bid-divizjoni materjali tieghu.

L-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiziti hi wahda ta' fatt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info