Referenza: 1209/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
EBEJER FRANCIS P. NOE vs GUSMAN ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, RIGHT TURN - TRIQ DEJQA - KOLLIZJONI, RIGHT TURN - TRIQ WIESGHA
Fil-Qosor
Billi wiehed ikun fuq quddiem u jindika li jkun ser jikser fuq il-lemin, ma jfissirx li ghandu dejjem ragun u dan il-principju gie ripetutament enunzjat mill-Qrati taghna; dan il-principju ma jistax jittiehed in vacuum imma irid jigi applikat ghac-cirkostanzi specifici ta' l-incident in ezami.

Is-sewwieq li jkun ser jikser lejn il-lemin ghandu jati sinjal adegwat ta' l-intenzjoni tieghu u dan is-sinjal ovvjament jinkludi tnaqqis tal-velocita`, liema tnaqqis ghandu jservi ta' monitu ghal min ikun warajh biex joqghod aktar attent;

Huwa biss fejn hemm jew jista jkun hemm karreggjatadoppja li johrog car l-obbligu imsemmi; ghaliex jekk wiehed ikun qed isuq max-xellug tan-nofs tat-triq normali tieghu, u jrid idur lejn il-lemin, u naqqas jew waqaf (biss biex jistenna traffiku minnnaha opposta) qabel jaqsam il-linja medjana biex jidhol fi triq mal-lemin tieghu, ma jistax ikun responsabbli ghax xi hadd minn warajh iddecieda li jissorpassa u johrog fuq in-naha l-hazina tat-triq ujibqa' diehel fih.

Il-fatt li tara l-vettura ta' quddiemek tisposta ruhha minn max-xellug taghha kif tenuta mir-regolamenti u tersaq lejn il-linja medjana, ghandha sservi ta' twissija sufficjenti biex ta' wara joqghod attent.

Anki f'sitwazjonijiet u f'lokalitajiet ferm aktar kalmi, kull min ikun sejjer jaghmel manuvra ta' sorpass irid ikun persawz illi ma kien hemm l-ebda possibilita` li fil-kors normali tat-traffiku xi sewwieq iehor kien ser jostakolalu l-kompletament tal-manuvra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni