Referenza: 321/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BARTOLO ANTHONY J. NOE vs VASSALLO JOHN MARY NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, ESKLUZJONI TAL-ISTITUT TA` RESTITUTIO IN INTEGRUM - SENTENZA, META TINGHATA KONTRA PERSUNA LI MA TEZISTIX - SENTENZA, TLIET MODI KIF TISTA` TIGI MHASSRA - SENTENZA, TOHLOQ STAT BEJN IL-PARTIJIET BISS
Fil-Qosor
Ir-rimedju tar-restituzzjoni in integrum bhala istitut indipendenti ta' impunjazzjoni ta' sentenzi definitivi ghandu jitqies li gie abbolit meta, fis-sistema tal-ligi taghna, gie organizzat l-istituttar-ritrattazzjoni.

Ir-rimedji biex tigi attakkata sentenza definittiva tal-Qorti huma l-appell u r-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni; kieku kien mod iehor allura sentenza qatt ma ssir definitiva u qatt ma jista' jkun hemm ezekuzzjoni taghha.

Illum, jista' jizdied, hemm rimedjuiehor biex tigi mhassra sentenza definitiva, barra mir-rimedji indikati ta' appell u ritrattazzjoni,u dan bil-procedura ta' rikors kostituzzjonali meta jkun allegat ksur tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.

Il-fatt li sentenza setghet inghatat kontra persuna li ma tezisthix, ma jwassalxghall-fatt li s-sentenza hi nulla. Ovvjament sentenza taghmel stat u torbot biss fil-konfront ta' dawk li jkunu parti fiha, u ma taghmilx stat fil-konfront ta' persuni li ma jkunux parti fiha. Persuna morali ghandha isem bhal kull persuna fizika, u jekk sentenza tinghata kontra socjeta' bl-isem X,ma taghmilx stat kontra socjeta' bl-isem Y, pero', dan ma jwassalx ghan-nullita tas-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni