Referenza: 151/2013

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/09/2018
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG ANTHONY
ECLI
ECLI:MT:AKI:2018:112997
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Illi dan kien kaz dwar allegat ksur tal-Artikolu 18(8) tal-Kap409. Fit-termini ta' din id-disposizzjoni tal-ligi mhux biss jidher illi issir distinzjoni bejn il-lukandier, il-persuna li maghha il-lukandier ikun ghamel il-kuntratt u t-turist, izda ukoll irid jezisti: 1. kuntratt jew ftehim fejn lukandier jintrabat li jipprovdi akkomodazzjoni jew servizzi ohra. 2. Illi dak il-lukandier jonqos millijottempera ruhu ma' dak il-kuntratt jew ftehim. 3. Illi l-lukandier jonqos milli jipprovdi akkomodazzjoni jew servizzi alternattivi u simili lit-turist li lilu jkun qed jigi pprovdut dak l-akkomodazzjoni jew dawk is-servizzi f'lukanda fil-vicin meta ssehh il-ksur kontrattwali. Minn dawn l-elementi,mhux biss din il-Qorti tqies illi johrog car illi il-legislatur qieghed jipprevedi xenarju ta' overbooking, izda fuq kollox jirrizulta illi l-lukandier irid jkun hati ta' ksur unilaterali u minghajrgustifikazzjoni tal-ftehim assunt minnu u dan ghaliex ma jkunx f'posizzjoni li joffri l-akkomodazzjoni jew is-servizz li dwaru jkun intrabat. Issa fil-kaz in dizamina ma irrizultax dan.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni