Reference: 1/1994/4

Judgement Details


Date
27/04/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
MIFSUD JOSEPH vs CARUANA GALIZIA DAPHNE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, FATTI VERI - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, MALAFAMA - LIBELL, META L-LIBELLAT IKUN GURNALISTA
Summary
Gurnalist huwa figura pubblika u ghalhekk soggett ghal kritika aktar harxa minn haddiehor.

L-espressjoni demokratika tinhtieg li tinghata l-aktar spazju possibbli fil-konfront ta' l-operat ta'figuri pubblici li kellhom ikunu soggetti ghall-iskrutinju ta' l-istampa hielsa, anke jekk dan ikuna skapitu ta' skonfort u inkonvenjenza ghal dawn il-persuni li lejhom tkun immirata. Japplika danukoll allura ghall-kritika tal-gurnalist fil-konfront ta' gurnalist iehor, dejjem sakemm pero' il-materja tkun wahda ta' interess pubbliku kif indubbjament kien is-suggett ta' l-artikolu taht ezami, uil-fatti, kif inghad, ikunu sostanzjalment korretti.

Il-fatti menzjonati fl-artikolu inkriminat ghandhom ikunu sostanzjalment korretti principalment fir-rigward ta' dawk l-elementi storici lifuqhom l-artikolu jkun ibbazat. Dan ifisser li ma kienx necessarju bhala regola illi l-fatti kollhaindikati mill-artikolista bhala l-bazi ghall-kummenti tieghu, kellhom ikunu ezattament veritjeri.Kien ukoll permess fl-artikolu, kritiku tal-kontro-parti, li jkun hemm xi elementi ta' fatt li ma jkunux jirrizultaw provati sakemm dawn ma kienux determinanti ghall-fini ta' l-artikolu. Dan ifisserli l-Qorti trid thares biex tistablixxi illi s-sustanza tal-fatti kienet vera u li l-fatt li jkun hemm xi cirkostanza minn dawk il-fatti li ma tkunx provata jew ma tkunx adegwatament stabbilita, ma jwassalx ghall-konkluzzjoni li l-artikolu jkun malafamanti u ingurjuz tal-fama ta' haddiehor. Dan naturalment sakemm il-fatt li jirrizulta li ma jkunx provat, jew ma jkunx veritjer, ma jkunx fih innifsu addebitu malafamanti, bhal per ezempju, jekk il-fatt ikun jaddebita lill-persuna malafamata l-kommissjoni ta' rejat. F'dak il-kaz allura, l-ingurja ma tkunx temani mill-artikolu imma mill-fatt stess ta' l-addebitu kriminuz li, fih innifsu, ikun jikkostitwixxi l-malafama indipendentement mill-kontenut ta' l-artikolu impunjat.

Hawnhekk il-konvenuta kitbet li l-attur kien kollega ma traffikant not tad-droga f'organizzazzjoni jisima POPEM. Dan di per se mhux xi haga malafamanti, u minkejja li l-fatt imputat (il-koinvolgiment tal-attur fil-POPEM) ma kienx veru, il-Qorti ikkonkludient li ma kien hemm xejn malafamanti f'dan. Barra minn hekk, l-attur bhala gurnalista u persunagg pubbliku kien suggett ghal attakki aktar horox minn dak permissibbli fuq persunagg privat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info