Referenza: 274/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/04/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
ZAMMIT GEORGE vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR IS-SIGURTA` SOCJALI, STHARRIG TAD-DECIZJONIJIET TAD-DIRETTUR TAS-SIGURTA` SOCJALI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, GURISDIZZJONI TAL-QRATI
Fil-Qosor
L-artikolu 45 tal-Att dwar is-Sigurta' Socjali jipprovdi illi "Persuna taht l-eta` ta' hamsa u sittin sena ghandha tkun skwalifikata milli tircievi pensjoni taht din it-Taqsima matul kull perijodu lifih tkun qed tahdem bi qligh jekk tonqos li tipprova ghas-sodisfazzjon tad-Direttur li l-qligh taghha minn dak ix-xoghol bi qligh ma jkunx izjed minn medja fil-gimgha li tkun daqs il-paga minima nazzjonali kif applikabbli ghal persuni ta' l-eta' ta' tmintax-il sena jew izjed stabbilita taht ordni ta' standard nazzjonali mahrug taht l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, u l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig tkun giet avzata kif imiss li hekk tkun qed tahdem bi qligh..." L-oneru tal-prova huwa fuq min qed jirreklama d-dritt ghall-pensjoni. Kemm-il darba issir prova f'dan is-sens id-direttur ma jkollu ebda diskrezzjoni li ma jaghtix il-pensjoni. Id-Direttur ghandu jiddeciedi jekk fattwalment jekk il-persuna in kwistjoni tkunx 'gainfully occupied' ai termini tal-Ligi.

Id-decizjoni tad-Direttur tkun sindakabbli jekk jigi provat illi d-decizjoni tal-Arbitru tkun wahda azzardata u rragjonevoli mhux bazata fuq provi jew fejn jirrizulta illi l-applikant ma kienx inghata l-opportunita' li sewwa jipprova bil-pretensjoni tieghu. L-ezercizzju tal-poteri minn Direttur kien allura certament sindakabbli sal-punt li setgha jigi mistharreg gudizzjarjament, anke mill-Arbitru fil-limiti appena traccjati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni