Reference: 1640/1999/1

Judgement Details


Date
18/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
LEWIS PRESS LIMITED vs S.M.W. CORTIS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
BUON VICINAT, TOLLERANZA TA` INKONVENJENT TEMPORANEU MEHTIEG SAKEMM PERSUNA TIZVILUPPA L-FOND TAGHHA - SERVITU` NON AEDIFICANDI, XOGHOLIJIET TAHT L-ART
Summary
Is-servitù non aedificandi hija mahsuba biex ma thallix li jkun hemm tfixkil ghal dawl, arja jew xiveduta minhabba bini fuq proprjetà tal-gâr. Sid ta' fond milqut b'din is-servitù, ghalhekk, ma jistax jibni fuq il-fond tieghu, izda ma hux mizmum milli jaghmel xoghlijiet taht il-wicc ta' l-art.

Din l-interpretazzjoni taqbel ukoll ma' dak li jghid l-art. 476 tal-Kodici Civili:

476.Meta jkun hemm dubju dwar l-estensjoni tas-servitù, wiehed ghandu jinqeda biha fil-limiti ta' dak lihu mehtieg, billi jittiehdu b'qies id-destinazzjoni li l-fond dominanti kellu fiz-zmien li giet stabbilita s-servitù u l-uzu konvenjenti ta' dak il-fond, bl-anqas hsara tal-fond serventi.

Ghalhekk is-servitù non aedificandi ma jzommx lis-sid tal-fond servjenti milli jaghmel xoghlijiet taht il-wicc ta' l-art.

Hekk kif il-htigiet tal-buon vicinato jridu illi sid ta' proprjetà jittollera inkonvenjent, sakemm dan ma jkunx ghal zmien itwal minn kemm huwa assolutament mehtieg u jkun proporzjonat, sabiex il-gâr ikun jista' jinqeda bil-proprjetà tieghu billi jizviluppaha, hekk ukoll minghandu jedd in re anqas mill-proprjetà - bhal ma hija servitù - ukoll ghandu, bl-istess kondizzjonijiet, jittollera inkonvenjent ghal zmien qasir sabiex il-gâr ikun jista' jtejjeb il-proprjetà tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment