Risposta - Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet

Ir-risposti għall-rikorsi li jiġu ppreżentati quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet u d-dokumenti li jsostnu dik ir-risposta jistgħu jiġu ppreżentati onlajn permezz ta' din l-eForm.

Il-ħlas dovut għal din ir-risposta isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.

Ir-risposta ippreżentata onlajn għanda titqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġiet ippreżentata direttament fir-Reġistru tal-istess Bord. Iżda meta r-risposta tiġi ppreżentata onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

Ir-risposta trid isir bil-lingwa Maltija u trid tkun iffirmata minn Avukat u Prokuratur Legali. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm tkun trid tiġi mehmuża kopja skenjata tar-risposta iffirmata.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża biss minn Avukati jew Prokuraturi Legali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk l-Avukati jew il-Pprokuraturi Legali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita u l-indirizz tal-imajl tagħhom.

You're not logged in, please login to proceed.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info