Protest u Kontro Protest

Din l-applikazzjoni tintuża sabiex jiġi ppreżentat protest jew kontro protest fir-Reġistru tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċ). Flimkien mal-protest jistgħu jiġu mehmuża d-dokumenti kollha miegħu.

Il-ħlas dovut għal dan il-protest isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.

Il-protest ippreżentat onlajn għandu jitqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti. Iżda meta l-protest jiġi ppreżentat onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

Il-protest irid isir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat minn Avukat jew Prokuratur Legali. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm tkun trid tiġi mehmuża kopja skenjata tal-protest iffirmat.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża biss minn Avukati jew Prokuraturi Legali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk l-Avukati jew il-Prokuraturi Legali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identità u l-indirizz tal-imajl tagħhom.

You're not logged in, please login to proceed.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info