Att - Qorti tal-Maġistrati (Atti ta' Inkjesta)

L-att li qed jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fl-atti ta' Inkjesta Maġisterjali, kif imsemmi fil-Kap. 9 u L.S. 9.09 flimkien mad-dokumenti kollha jekk meħtieġa jista' jiġi ppreżentat onlajn permezz ta' din l-eForm u għandu jiġi sottomess bla ħlas.

L-att ippreżentat onlajn għandu jitqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti. Iżda meta l-att jiġi ppreżentat onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

L-att irid isir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat mill-parti li qed tippreżentah. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm ikun irid jiġi mehmuż kopja skenjata tal-att iffirmat.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża biss minn Avukati jew Prosekuturi fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM jew il-Pulizija permezz tal-e-ID tagħhom. Dawk l-Avukati jew il-Prosekuturi fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Kriminali u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identità u l-indirizz tal-imajl tagħhom.

You're not logged in, please login to proceed.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info