Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1276

Judgement Details


Date
08/03/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs MARIO GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"MALTA UNION OF FARMERS" - "PARLIAMENTARY DEBATES" - ART. 2 U 4 TAL-KAP 108 - INTERPRETAZZJONI - MEETING - PUBLICITA'
Summary
Il-Ligi li tipprojbixxi l-meetings minghajr permess tal-pulizija tirrikjedi l-ewwelnett illi l-gemgha ta' nies li tiehu parti fil-laqgha jkun ta' mhux anqas minn ghoxrin ruh. In kwantu ghall-karattrutad-diskussjoni li ssir f'dik il-gemgha, ma jistghax jinghad li l-ligi tipprojbixxi l-laqghat li jkollhom xejra politika biss; u ghaldaqstant anki laqgha ta' bdiewa organizzata mill-Malta Union of Farmers" taqa' taht din il-ligi, u tirrikjedi l-permess tal-Pulizja. Imma apparti n-numru ta' nies lijiehdu parti fid-diskussjoni u apparti l-karattru, politiku jew xort'ohra tad-diskussjoni, jehtiegl-element tal-publlicita'; jigifieri illi, biex dik il-projbizzjoni ssehh, u biex il-permess tal-Pulizija jkun rikjest, jehtieg li d-dhul ghal dik id-diskussjoni jew konferenza jkun permess ghal kullhadd indistintamnt u mhuxikun limitat ghal certa klassi biss ta' nies; b'mod illi, jekk il-laqgha ssir gewwa f'xi kazin jew f'post iehor fejn id-dhul hu limitat ghal certa klassi ta' nies, u mhux f'post publiku fejn jista' jattendi kullhadd minghajr ebda distinzjoni, dak il-meeting mhux kolpit mis-sanzjoni tal-ligi dwar il-meetings, u mhix rikjesta l-awtorizzazzjoni tal-Pulizija biex jinzamm dak il-meeting. Huwa veru li d-dibattiment parlamentari ma humiex fonti ta' interpretazzjoni awtentika ta' ligi; pero' jistghu jkunu ta' ajjut ghad-dilucidazzjoni ta' certi konsiderazzjonijiet u kriterji ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment