Reference: Volume 46B (1962), Part No. 1, Section , Page 366

Judgement Details


Date
16/11/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANNA MIGGIANI vs TANCRED CHETCUTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"SHOWROOM" - BOARD TAL-KERA - DESTINAZZJONI TAL-FOND - HANUT - LOKAZZJONI
Summary
Fond mikri bies iservi bhala "show room" ghall-wirja u ezibizzjoni ta' oggett tan-negozju tal-kerrejhuwa hanut fis-sens tal-ligi, u ghalhekk ma jistghax jinghad li bil-fatt li l-kerrej ghamel anki bejgh minn dik ix-"show room" huwa biddel id-destinazzjoni tal-fond ghax ikkonvertieh f'hanut. Mhux kull uzu tal-fond mikri, xi ftit differenti jew xi ftit aktar estensiv minn dak pattwit, jimporta tibdil fid-destinazzjoni li jwassal ghall-penalita' estrema tal-izgumbrament tal-inkwilin; meta si tratta ta' kambjament parzjali li jkun komplementari ghad-destinazzjoni mifthema, u kwazi konsegwenzjalitaghha, b'mod illi l-mutament ikun accessorju ghall-uzu principali, u b'mod li jibqa' dejjem shiehl-uzu stabbilit fil-ftehim, allura ma hemmx abbuz ta' godiment li jimporta kambjament ta' destinazzjoni. Hekk bil-fatt li l-kerrej, mill-fond mikri biex iservi bhala "show room" ibiegh mill-merkanzija hemm esposta ghall-wirja ma javverax ruhu dak il-kambjament ta' destinazzjoni; aparti mill-interpretazzjoni tal-ftehim tal-kiri, cjoe' jekk dak il-ftehim ghandux jigi nterpretat fis-sens li l-intenzjoni tal-partijiet kienet li l-kerrej kera l-fond mhux biss biex jezeibixxi l-merkanzija, imma wkoll biex ibiegh minnha fil-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment