Referenza: Volum 46B (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 203

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/04/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Partijiet
MARIA ZAHRA vs CARMELO VALLETTA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 1223 (2) TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - NOVAZZJONI - RIPREZA PARZJALI TAL-FOND
Fil-Qosor
Biex rapport ta' lokazzjoni wahda ghal zewg fondi jinqasam f'zewg lokazzjonijiet, jehtieg li tkun giet operata novazzjoni oggettiva, fejn hija kondizzjoni essenzjali l-intenzjoni tal-partijiet, cjoe'il-volonta' taghhom li joperaw novazzjoni bis-sostituzzjoni ta' obligazzjoni gdida f'lok dik ezistenti, li tinqatel. U b'ligi espressa, in-novazzjoni ma tistghax tigi prezunta, u l-intenzjoni li ssirghandha tidher bic-car. Ghaldaqstant, jekk il-lokatur ikun qed jikri zewg fondi b'lokazzjoni wahda, il-fatt li hu jitlob l-awment tal-kera taz-zewg fondi quddiem il-Bord tal-Kera b'zewg rikorsi separati, wiehed ghal kull fond, b'daqshekk biss ma jinholqux zewg lokazzjonijiet minflok il-wahda li kien hemm, jekk ma jirrizultax li l-partijiet riedu fil-fatt inehhu l-lokazzjoni li kien hemm unika ghaz-zewg fondi u minfloka joholqu zewg lokazzjonijiet, wahda ghal kull fond. Meta fis-sentenza tieghu l-Bord tal-Kera jiddecidi illi, biex ikun hemm novazzjoni jehtieg ikun hemm il-prova tal-intenzjoni tal-partijiet li ssir in-novazzjoni, il-Bord ikun mexa sewwa u qata' tajjeb il-punt legali; kwantughad-decizjoni fis-sens illi mill-provi din il-volonta' ma tirrizultax, dan hu apprezzament ta' fatti li huwa nsindakabbli mill-Qorti tal-Appell; ghax ladarba l-presuppost legali li fuqu mexa l-Bordhu korrett, il-konkluzjoni ta' fatt li wasal fiha l-Bord fuq il-provi mhix sindakabbli. Una volta illi l-lokazzjoni tkun wahda ghal zewg fondi, il-lokatur ma jistghax jitlob lura l-pussess ta' wiehedminn dawk il-fondi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni