Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 693

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/1958
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ONOR. EDGAR CUSCHIERI, C.B.E. NE vs FRANK BORG ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AT. 1052 TAL-KODICI CIVILI - INKWILINAT - INTERPRETAZZJONI - LOKAZZJONI - OBBLIGAZZJONI - SOCJETA'
Fil-Qosor
F'din il-kawza, il-Gvern kien ikkonceda lill-konvenuti, b'titolu ta' lokazzjoni, fond f'Kingsway, Valletta, bil-kondizzjoni, fost ohrajn, li jekk l-inkwilin jittrasferixxi l-istess lokazzjoni, ghal kollox jew in parti, jew jissullokaw dak il-hanut, ghal kollox jew in parti, jew jissullokaw dak il-hanut, ghal kollox jew in parti, il-Gvern seta' jxolji dik il-lokazzjoni anki b'semplici ittra, u b'effett immedjat. Il-konvenuti ghamlu socjeta' ma' ditta lokali, u f'dik is-socjeta' ivverifikat ruhha l-kondizzjoni fuq imsemmija,u talab ir-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni li kien ghamel lill-konvenuti. Il-Qorti tal-Kummerc laqghet it-talba tal-Gvern; izda l-Qorti tal-Appell, prevja revoka ta' dik is-sentenza, cahdet dik it-talba; u dan in vista tal-fatt illi fl-istess kuntratt tal-lokazzjoni kienhemm klawsola ohra fis-sens fis-sens illi, jekk l-inkwilin jikkuntrattaw socjeta' ma hadd iehor iehor, is-ocju hekk assunt ma jkollu ebda dritt jitlob li jigi rikonoxxut mill-Gvern; f'liema klawsolahemm vizwalizzat, "espressis verbis" tant il-kaz li s-socjeta'tigi kuntrattata b'xjenza u l-kunsenstal-Gvern, kemm ukoll li tigi kuntrattata minghajr ma jkun hemm dik ix-xjenza u dak il-kunsens; u meta tigi kuntrattat xjenti u annuwenti l-Gvern, dan ma jistghax jippretendi li jxolji l-lokazzjoni, fil-waqt illi meta tigi kuntrattat minghajr ix-xjenza u l-kunsens tieghu, lanqas ma jista' jxolji l-lokazzjoni, billi fl-imsemmija klawsola z-zewg kazijiet huma parifikati. F'kaz li jkun hemm xi dubju dwar l-interpretazzjoni ta' l-obligazzjoni, il-Qorti ghandha tintepetaha favur l-obligat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni