Referenza: Volum 43B (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 212

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/04/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOHN PACE vs CARMELA TONNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - "HARDSHIP" - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Fis-sentenzi tal-Board tal-Kera hu deziderabbli illi d-distinzjoni bejn l-ezami tas-"suitability" tal-fond offert bhala "alternative accomodation" u l-ezami tal-"hardship' rispettiv tal-partijiet tkunnetta; u dan mhux biss biex tkun koerenti mal-ligi u mal-gurisprudenza nterpretattiva, imma wkoll biex jigi agevolat l-ezami li f'kaz ta' appell ikollha taghmel il-Qorti tal-Appell. Ghalkemm in-numru tal-familja in relazzjoni mal-kobor tal-fond offert hu certament wahda mic-cirkustanzi li ghandhomjigu valjati ghall-"hardship", ma hux ammissibbli li dan il-kriterju purament numeriku jigi enuncjat f'mod assolut u eskluziv ta' kull cirkustanza ohra, b'mod li, jekk il-persuna ntimata u l-familjari taghha jkunu ta' numru anqas minn dawk li jkun hemm fil-fond offert, allura, "sic et simpliciter"tal-persuna ntimata ghandu jitqies li hu anqas. Dan il-principju ma hux accettabli, u huwa kuntrarju ghall-ligi, u l-affermazzjoni tieghu fis-sentenza tal-Board jirrendi dik is-sentenza appellabbli.Fil-qies tal-"hardship" jidhlu c-cirkustanzi kollha tal-kaz, inkluza c-cirkustanza li hemm 'available' ghal-lokatur fond iehor, kontuttokke' insufficjenti bhala kobor ghalieh; u huwa b'ligi illi, meta jigi biex jizen il-"hardship" rispettiv, il-Board ghandu jqies ic-cirkustanzi kollha tal-kaz, nkluza xi "alternative accomodation" li jista' jkollha l-parti l-wahda u l-ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment