Referenza: Volum 43B (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 302

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/06/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
DOMENICO ABELA NE. vs SAVERIA ABELA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ABBANDUN - ART. 448 U 44(2) TAL-KODICI CIVILI - DIGRIET TAS-SEKOND'AWLA - NULLITA' - SEPARAZZJONI PERSONALI
Fil-Qosor
Huwa veru illi skond il-ligi ebda konjugi ma jista' jaghmel kawza ta' separazzjoni personali quddiemil-Qorti ta' Gurisdizzjoni Kontenzjuza minghajr qabel ma jkun gie awtorizzat mill-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja; u din l-awtorizzazzjoni hi kondizzjoni preliminari essenzjali. Imma fit-tentattiv li l-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja taghmel biex iggib rikonciljazzjoni bejn il-konjugi qabelma taghti dik l-awtorizzazzjoni hi ma tidholx fil-valutazzjoni jew fis-sussistenza skond il-ligi tal-motivi addotti bhala raguni ghat-talba; tant li l-Qorti mhix moghtija ebda diskrezzjoni ghar-rifjuttal-awtorizzazzjoni, u din ghandha tinghata dejjem, meta l-kelma tal-Qorti ghar-rikonciljazzjoni matigix mismugha. Jekk it-talba fir-rikors ghall-awtorizzazzjoni tkun bazata fuq l-abbandun ta' wiehed mill-konjugi, u fil-fatt, meta sar ir-rikors, u meta giet moghtija l-awtorizzazzjoni, l-abbandunma kienx ilu sentejn jew aktar, l-awtorizzazzjoni hekk moghtija mhix ineffikaci, u mhix nulla c-citazzjoni ghas-separazzjoni bazata fuq dik l-awtorizzazzjoni; u dan appuntu ghaliex mhix funzjoni tal-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja li tivvaluta jew tistabbilixxi s-sussistenza o meno tal-motivi allegati, u l-izball fl-indikazzjoni taz-zmien kemm kien ilu l-abbandun ma jnehhix il-fatt illi t-tentattiv tar-rikonciljazzjoni gie sperimentat (u dan hu li trid il-ligi). U dan apparti ragunijiet ohra, fosthom dik li, anki jekk l-abbandun ma jkunx ilu sentejn jew aktar, jista' jkun akkompanjat minncirkustanzi ohra ta' gravita' li jirrenduh kawza ta' separazzjoni personali taht titolu iehor; u dawn huma kwistjonijiet li ma tidholx fihom il-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja adita ghall-awtorizzazzjoni preliminari.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment