Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 274

Judgement Details


Date
05/06/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
FRANCIS VELLA vs CARMEL CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 229, 227, U 634 (1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - DIGRIET INTERLOKUTORJU - ITTRA REGISTRATA - LOKAZZJONI - MOROZITA' FIL-HLAS TAL-KERA - NULLITA' - POST OFFICE ACT (KAP. 85) - PROVI
Summary
Il-ligi tiddisponi illi, jekk diversi kwistjonijiet f'kawza jigu maqtugha b'sentenzi separati, jista' jsir appell minn kull wahda minnd dawn is-sentenzi fiz-zmien li jmiss, li jibda jghodd minn dak inhar li tinghata l-ahhar sentenza, basta li f'dan l-appell issir tismija espressa tas-sentenza li minnha jsir appell; jew jista' jsir appell ghalieh wahdu minn kull sentenza separata. Tiddisponi wkollilli digriet interlokutorju jista' jigi appellat sew qabel sew wara s-sentenza definittiva; u metajsir wara, jista' jsir jew fin-nota tal-appell minn dik is-sentenza jew b'nota separata prezentata fiz-zmien preskritt. Dawn id-dispozizzjonijiet, pero', ma humiex applikabbli ghall-appelli mid-decizjonijiet tal-Board tal-Kera, li ghar-rigward taghhom l-appell jingieb dejjem per mezz ta' rikors, umhux bil-procedura tan-nota u petizzjoni; u ghalhekk, mhux null l-appell minn digriet interlokutorjumoghti mill-Board tal-Kera billi fir-rikors tal-appell ma jkunx issemma li qieghed isir appell ankiminn dak id-digriet interlokutorju. dan apparti mill-fatt li, jekk it-talba kontenuta fir-rikors tal-appell tinvolvi r-revoka tad-digriet fil-kwistjoni, titqies bhal kieku saret talba ghar-revoka tad-digriet. Il-fatt li l-lokatur ikun baghat ittri registrati bil-posta lill-inkwilini b'talba ghall-hlas tal-kera mhux prova konkluziva illi l-interpellazzjoni tkun fil-fatt saret lill-inkwilin. Avvoloja jigi pruvat li l-ittri gew registrati, u avvolja jkun hemm ricevuta inizjalata mill-postman lituri, skond il-kors ordinarju tad-dmirijiet tieghu, li l-ittri registrati gew konsenjati lid-destinatarju taghhom, ikun hemm prezunzjoni qawwija li l-ittri waslu ghand id-destinatarju; izda jibqa' dejjem li dan jista' jipprova l-kuntrarju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info