Reference: Volume 43B (1959), Part No. 1, Section , Page 243

Judgement Details


Date
01/06/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
WILLIAM BUHAGIAR vs NAZZARENO BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"OVERTAKING" - DANNI - KOLLIZJONI - TRAFFIKU
Summary
Fil-kors ordinarju tat-traffiku stradali, vejikolu li jkun miexi quddiem vejikolu iehor, u jigi milqut mill-vejikolu ta' warajh, ikollu favur tieghu, salvi cirkustanzi specjali, il-principju illi responsabbli tal-habta jkun il-vejikolu ta' wara, specjalment meta l-vejikolu ta' quddiem kien fuq is-"side" tieghu. Imma, biex wiehed jasal ghal konkluzjoni korretta f'kaz simili, jehtieg jiddistingwi bejn il-kaz hekk indikat u l-kaz tal-vejikolu li jigi milqut bla ma tkun interveniet ebda manuvra precedenti. B'mod illi, jekk si tratta minn vejikolu li originarjament kien miexi wara vejikolu iehor,u mbghad jissorpassah, u jigi milqut min dak il-vejikolu hekk sorpassat, il-kaz ikun differenti. Ghax f'dan il-kaz ghandu jigi distint jekk il-vejikolu li ghamel l-"overtaking" baqghax sejjer, jew inkella waqafx, wara li ghamel il-manuvra tal-"overtaking"; u din id-distinzjoni hija fondamentali, ughandha tikkostitwixxi l-"punto di partenza" fil-fissazzjoni tal-aspett guridiku tal-kaz. Bil-konsegwenza illi l-vejikolu li gie milqut mill-vejikolu ta' wara jehtieglu jaghmel il-prova, sabiex ir-responsabbilta' tal-kollizjoni taqta' fuq il-vejikolu li habat mieghu minn wara, illi, wara li ssorpassa l-vejikolu li kellu quddiemu, u waqaf wara li ssorpassah, kien hemm f'dak il-waqt spazju sufficjenti li fih id-driver tal-vejikolu sorpassat, kieku kien qed izomm dik li tissejjah "a proper look-out", u jekk li speed li bih kien qed isuq kien sewwa, seta' jimmanuvra b'mod li ma jolqotx il-car lissorpassah u waqaf quddiemu. U jekk dan l-ispazju ma jigix pruvat li kien hemm, xejn ma jiswa li d-driver tal-karrozza milquta kien ghamel sinjal li kien ser jieqaf, ghax is-sinjal irid ikun "timeous", u ghandha tithalla distanza tali li l-karrozza ta' wara tista' twaqqaf fil-waqt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment