Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1051

Judgement Details


Date
26/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSA BELLIA vs GIUSEPPE GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1035(2) U 1111 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA - PROKLAMA TAT-28 TA' GUNJU 1834 (KAP. 7 TAL-LIGIJIET) - SPONSALI
Summary
Guridikament, il-weghda taz-zwieg tikkostitwixxi veru u proprju kuntratt bilaterali; u wiehed mill-effetti taghha huwa li ma tistghax tithassar hlief bil-kunsens ta' xulxin tal-partijiet jew ghal ragunijiet maghrufin mill-ligi. F'materja ta' sponsali, mbghad, il-Proklama tat-28 ta' Gunju 1934 jiddisponi illi, jekk persuna kapaci skond il-ligi taghmel weghda, kuntratt jew konvenzjoni, dwar ic-celebrazzjoni taz-zwiegh. u tiksirhom volontarjament u illegalment, il-parti offiza jkollha l-jedd li tezercita l-azzjoni tad-dnni kontra l-parti hatja tal-ksur jew tan-nuqqas ta' ezekuzzjoni, b'dak il-mod u taht l-istess regoli stabbiliti mill-ligi ghat-talba ta' danni ghall-ksur ta' kull weghda, kuntratt jew konvenzjoni ohra; jigifieri illi l-isponsali gew parifikati ghall-kuntratti l-ohra in generali. Fost ir-ragunijiet preveduti mill-ligi ghar-rizoluzzjoni tal-kuntratti hemm il-kondizzjoni rizoluttiva tacita kontemplata fil-ligi ghall-kaz li wahda mill-partijiet tkun inadempjenti; imma il-kuntratt ma jinhallx "ipso jure", u l-Qorti tista' taghti, skond ic-cirkustanzi, zmien xieraq lill-konvenut inadempjanti biex ikompli l-obligu tieghu; ghax ir-rizoluzzjoni ta' kuntratt hija haga serja, ujista' jkollha konsegwenzi serji ghall-kontraent. U ghaldaqstant, biex il-Qorti tista' tiddetermina jekk wahda mill-partijiet kellhiex ragun thassar l-gherusija, jehtieg li tara jekk kienx hemm ragunijiet gravi biex tithassar dik l-gherusija. Billi l-gharusa ma riedetx aktar tidhol fid-dar tal-genituri tal-gharus, il-Qorti ddecidiet, fil-kaz prezenti, li din ma kienetx raguni sufficjenti biex l-gharus ihassar l-gherusija tieghu maghha; specjalment meta jidher li l-gharus ghaggel wisq fid-decizjoni tieghu li jhassar l-gherusija, u li l-kwistjoni setghet tigi rrangata. U ghalhekk l-gharus gie kundannat ihallas id-danni minhabba reziliment ingustifikat tal-isponsali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment