Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 958

Judgement Details


Date
17/03/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
EMMANUELE MIFSUD ELLUL vs ANTONIO ABELA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1511, 1508(2), U 1498(2) TAL-KODICI CIVILI - RETRATT - SPEJJEZ RIMBORZABBLI LIR-RETRATTARJU
Summary
Hemm lok ghar-retratt bit-titolu tal-konsangwineita', meta l-fond mibjugh u rkuprat kien jappartjenilil axxendent komuni ghal min bieghu u ghal min irkuprah, u fiz-zmien bejn meta kien hemm jappartjeni u meta sar l-irkupru l-istess fond qatt ma gie trasferit lil persuni li ma kienux nezlin minn dakl-axxendent. Mhix bizzejjed, biex tinficja l-validita' tal-ezercizzju tar-retratt, l-allegazzjoni li l-irkupru sar bl-intenzjoni ta' profitt, u mhux biex il-fond jigi konservat fil-familja; ghaliex,skond il-gurisprudenza l-aktar recenti, ir-rigur tal-ligi li tipprojbixxi l-ezercizzju tal-irkupru fl-interess ta' hadd iehor gie temperat fis-sens illi min jezercita r-retratt gentilizju mhux obligatizomm il-fond ghalieh, imma jista' jiddisponi minnu bi profitt, anki jekk dan kien il-hsieb tieghuqabel l-irkupru; basta ma jkunx ftiehem minn qabel ma' hadd iehor li ghandu jittrasferilu l-fond. Jekk il-fond irkuprat kien gie akkwistat minn tnejn minn nies, u qabel l-irkupru wiehed minnhom ceda sehmu lill-iehor, mhux accettabbli li r-retraent, ghall-kundanna ghar-rivendizzjoni, imissu harrek lil dak biss li sar proprjetarju wahdu tal-fond minhabba dak it-trasferiment, billi hu kien jaf b'dakit-trasferiment, jekk l-istess trasferiment ma jkunx gie notifikat lir-retraent mill-akkwirent tieghu per mezz ta' att gudizzjarju. Ladarba din in-notifika ma tkunx saritlu, ir-retraent ma hux obligat ma jharrekx anki lil dak li ceda sehmu lill-iehor, ladarba dak ic-cedent jinsab parti fic-cedola tal-irkupru; salv kull provvediment iehor in konnessjoni mal-likwidazzjoni u hlas tal-prezz u l-ispejjez fir-rivendizzjoni tal-istess fond. Jekk ebda prova ma tkun saret dwar liema spejjez huma rimborzabbli lir-retrattarju u dwar il-likwidazzjoni taghhom, jinghataw il-provvedimenti opportuni biex dan il-hlas ta' spejjez isir qabel ir-rivendizzjoni; bil-kundanna ta' dak li jkun ceda sehmu li jkun prezenti ghall-att tar-rivendizzjoni u tal-izbank konsegwenzjali, specjalment ghall-fini ta' kwalunkwe kunsens li jkun necessarju li jippresta skond il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info