Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1068

Judgement Details


Date
31/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
GIUSEPPE SCICLUNA vs MARIA SCICLUNA PR. ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DEKADENZA - EMIGRAZZJONI - KURA TAT-TFAL - PATRIJA POTESTA' - SEPARAZZJONI PERSONALI
Summary
Meta l-ligi fil-kostanza taz-zwieg tinvesti lill-missier bil-poter patern, taghmlu sabiex fl-unjonital-konjugi ma jsorgux il-quddiem kolluzjonijiet li kienu tabilfors u necessarjament jitnisslu kiekussanzjonat awtoritajiet ugwali fiz-zewg konjugi fuq il-persuni suggetti ghal dik il-funzjoni potestattiva li hija l-magistratura ewlenija effikaci k-aktar sagra li titnissel mill-patrija potesta'. Izda l-istess ligi tissorvelja lill-missier fl-ezercizzju ta' din il-potesta', il-ghaliex hafna mill-attijiet tieghu jridu jigu approvati mill-Qorti. U tahseb ukoll, l-istess ligi, illi l-funzjoni civili tal-missier tista' ticcessa, jew bl-ordni tal-Qorti, jew bhala konsegwenza ta' sentenza kriminali in konnessjoni ma' delitti kontra l-ordni tal-familja. Il-kura tat-tfal hija regolata mill-principju tal-aqwa utilita' u l-akbar vantagg ghall-interess tal-istess tfal, li c-cirkustanzi tal-kaz u l-koefficjenti tal-fatti partikulari tal-mument ikunu jissuggerixxu. In konsegwenza, ir-regola sovrana fuq enuncjata ghandha tipprevali dwar il-kustodja u l-edukazzjoni tat-tfal komuni tal-mizzewgin,sew meta l-konjugi jisseparaw ruhhom gudizzjarjament. B'mod illi r-regolament dwar ir-ritenzjoni ul-edukazzjoni tat-tfal komuni tal-mizzewgin, li bejniethom ikun hemm dissensi fil-hajja matrimonjali, ma tiddependix biss mill-ezercizzju tal-patrija potesta' tal-missier. Jekk il-Qorti tafda t-tfallill-omm, ghax hekk il-kaz ikun ghall-vantagg taghhom jissuggerixxi, dan il-fatt ma jkunx jimporta ebda attentat ghal dik il-potesta' tal-missier fuq id-dixxendenti immedjati tieghu. Ghaldaqstant, jekk il-mizzewgin jinfirdu gudizzjarjament, u l-Qorti tafda l-kura tat-tfal lill-mara, dan ma jfisserxilli r-ragel tilef il-patrija potesta' fuq uliedu, u f'kawza li hu wara jaghmel dwar ir-ritenzjoniu trobbija ta' dawk it-tfal, hu ma ghandux bzonn jitlob dikjarazzjoni li minhabba dik is-separazzjoni u dak il-provvediment dwar il-kura tat-tfal huwa ma ddekadiex mill-patrija potesta' fuq dawk uliedu. Domanda simili fic-citazzjoni tieghu ikun inutili. Lanqas ma hija fondata l-allegazzjoni tal-mara li zewgha tilef dik il-patrija potesta' ghaliex uliedu hargu mid-dar tieghu u marru jghixu ghal rashom; din l-allegazzjoni tkun f'lokha jekk it-tfal li jkunu hargu mid-dar tal-missier ikunu, ghalkemm suggetti ghall-patrija potesta' tieghu, kapaci jaqilghu l-ghajxien taghhom bil-hila taghhom. Jekk pero' ir-ragel jigi kundannat minn Qorti Kriminali ghal korruzzjoni fuq wahda minn uliedu, huwa jiddekadi mill-patrija potesta'; ghax b'dik il-pronunzja esplikat ruhha c-cessazzjoni guridika tad-drittijiet li kellu ghall-kura, edukazzjoni u amministrazzjoni tas-sustanzi ta' dik l-istess bintu. Imma din id-dekadenza ma testendix ruhha wkoll ghat-tfal l-ohra. Konsegwentement, jekk il-mara tkun trid temigra b'uliedha, u r-ragel ikun oppost li uliedu jmorru ma' ommhom billi huwa ghad ghandu l-patrija potesta' fuq dawk uliedu, mhix raguni tajba ghall-oppozizzjoni tieghu dik li huwa kien kundannat kif fuq inghad, ghax anki b'dik il-kundanna, huwa ma tilefx, fuq dawk uliedu li ma tirriferixxixghalihom dik il-kundanna, il-patrija potesta'; imma jiddependi mid-diskrezzjoni tal-Qorti li tara liema huwa l-ahjar vantagg u nteress tat-tfal lic-cirkustanzi tal-kaz, jekk tawtorizzax lill-mara li tiehu maghha lill-uliedha, minghajr ma thalli li jipprevali s-sentiment umanitarju tal-missier, li majkunx jista' aktar jara l-uliedu. Fil-kaz prezenti, il-Qorti sabet li fil-vantagg u fl-interess tat-tfal kien il-kaz li tippermetti lill-mara, li riedet temigra fl-Awstralja, li tiehu maghha lill-uliedha inattiza l-oppozizzjoni ta' zewgha. Konfermata fl-Appell b'sentenza tas-27 ta' Gunju, 1958.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info