eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section 1, Page 41
Download
Judgement Details
Date
15/02/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
OLGA SPITERI ET. vs CONSIGLIA PARLAR ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
ART. 353 (1), 383 (2), U 379 (1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - INGURAZZJONI GHAD-DEPOZITU - SEKWESTRU
Summary
Il-kreditur sekwestrant jista' jezercita l-azzjoni biex igieghel lis-sekwestratarju jiddepozita l-ammont kawtelat bis-sekwestru in kwantu biss ikun sehh il-mandat; b'mod li, jekk is-sekwestru jkun tilef l-effikacja tieghu, is-sekwestrant ma ghandu ebda dritt jitlob li s-sekwestratarju jaghmel dak id-depozitu. L-effikacja tal-mandat tas-sekwestru kawtelatorju tispicca, ghal dak li hu s-sekwestratarju, wara sitt xhur, kemm il-darba l-Qorti, fuq rikors tal-parti li tkun talbet il-hrug tal-mandat,ma ggeddidx iz-zmien. U dak ir-rikors ghandu jigi mhux biss prezentat, imma wkoll notifikat lis-sekwestratarju mill-anqas erba' u ghoxrin siegha qabel l-eghluq ta' dak iz-zmien. Ir-responsabilita'tas-sekwestratarju tispicca malli jaqa' s-sekwestru; u biex ikun hemm lok ghall-azzjoni ta' regresskontra s-sekwestratarju ghad-danni, hemm bzonn li s-sekwestru jkun validu u jsehh mhux biss fil-mument li tigi proposta l-azzjoni, imma wkoll waqt it-tul kollu tal-kawza. U dan avvolja s-sekwestratarju jkun iddispona mill-effetti sekwestrati qabel ma jkun ghalaq iz-zmien tal-validita' tas-sekwestru. Is-sekwestratarju huwa obligat jiddikjara jekk u liema flus jew effetti huwa ghandu f'idejh tad-debitur sekwestrat; dan ifisser li hu obligat jiddikjara l-flus u oggetti li jkollu fil-pussess tieghu. Ghalhekk, wiehed li gie mitlub biex jghodd xi flus, u jaqbad jghoddhom fil-prezenza ta' min talbu jghoddhom, ma jistax jinghad li ghandu f'idejh dawk il-flus; u mhix inveridika d-dikjarazzjoni lihuwa jaghmel fis-sens li huwa ma kellux f'idejh flus jew oggetti ohra tad-debitur sekwestrat.
Click here to search again.