Referenza: Volum 78 (1994), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 93

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/06/1994
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
REGINALD MICALLEF ET NOE vs GODWIN ABELA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - ART 811(E) TAL-KODICI TA' PROCEDURA - RITRATTAZZJONI
Fil-Qosor
Biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, il-fatti tal-kawza ma jistghux jigi ezaminati mill-gdid. Lanqas jistghu jigu valutati jew interpretati b'mod iehor, ghajr kif gew valutati u interpretati fis-sentenza attakkata. Ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv jekk,fuq dawk, il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, ikun jidher li l-Qorti applikat disposizzjoni ohra likellha proprjament tigi applikata. Jekk jirrizultali s-sentenza impunjata tkun applikat il-ligi korretta ghall-fatti tal-kaz, xorta wahda ma hemmx lok ghal ritrattazzjoni fuq il-motiv tas-subinciz (e) nonostante li l-interpretazzjoni moghtija mill-Qorti li dik il-ligi tkun skorretta. Biex ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv irid jintwera li l-Qorti fis-sentenza impunjata applikatil-ligi t-tajba b'mod hazin. Gie kemm-il darba rritenut illi r-rimedju huwa wiehed straordinarju inkwantu derog ghall-principju fondamentali li l-gudikat jikkostitwixxi l-ligi bejn il-kontendenti. Dan ir-rimedju ghalhekk jista' jigi invokat biss fil-kazijiet tassattivament elenkati fil-ligi u inoltre d-disposizzjoni relattivi ghandhom jigu interpretati ristrettivament. Il-Qorti sabet illi l-lanjanza ta' l-attur kienet illi l-Qorti applikat il-ligi hazin u mhux applikat il-ligi hazina liema lanjanzi ma jinkwadrawx rwiehhom fil-koncett ta' l-applikazzjoni hazina tal-ligi' u cahdet ghalhekk il-Petizzjoni tar-Ritrattazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment