Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 725

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/12/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
NUTAR OSCAR AZZOPARDI vs GERARD CUSCHIERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSJONI TAL-PARTIJIET - ART. 1552 U 1276 TAL-KODICI CIVILI - CESSJONI - GUDIKAT - PROVA - ZBALL
Fil-Qosor
Ghalkemm l-Imhallef ma jistax jirrileva "ex officio" l-eccezzjoni tar-"res judicata", oppure, meta jigri li xi wahda mill-partijiet, minghajr ma tiddeduci formalment dik l-eccezzjoni, fil-fatt tipproduci regolarment sentenza li ghaddiet f'gudikat u donnha . bhala bazi tal-konkluzjonijiet taghha, huwa evidenti li l-awtorita' gudikanti ma tistax ma tokkupax ruhha b'dik l-istess eccezzjoni, u jekk jikkonkorru l-elementi mehtiega, tilqaghha, bla "ma jista" jinghad li l-Imhallef ikun qajjem "ex officio" dik l-eccezzjoni. L-eccezzjoni tar-"res judicata" ma hix attendibili meta ma hemmx l-identita'tal-haga mitluba fil-kawza prezenti u fil-kawza . fejn giet moghtija s-sentenza msemmija fil-kawza prezenti. Skond il-ligi, l-ebda cessjoni ta' kreditu li jkun gej minn att publiku ma tiswa jekk ma ssirx b'att publiku: u l-prova ta' l-obligazzjoni jew tat-tmien taghha tista' ssir bix-xhieda jew mezzi ohra maghrufa mill-ligi meta biss mhux mehtieg li din il-prova ssir per mezz ta' att publiku jewskrittura privata. Il-konfessjoni jew ammissjoni tal-partijiet ma sservix ta' prova jekk il-parti li ghamlet dik il-konfessjoni jew ammissjoni tkun ghamlitha bi zball.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni