Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 638

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
AVUKAT DR. EDOARDO VASSALLO NE. ET. vs EDWARD LEWIS GALEA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARBITRAGG - ART. 985 (2) U 968 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ASSUNZJONI TA' L-ATTI - EREDITA' GJACENTI - KOMPROMESS - LODO - MANDAT - NULLITA'
Fil-Qosor
Jekk f'kawza hija konvenuta eredita gjacenti, u in segwitu ghal dik il kawza, u konsegwenzjali ghaliha, issir kawza ohra fejn jagixxu l-eredi tal-persuna li taghha l-eredita kienet gjacenti fil-kawzaprecedenti, dawk l-eredi jistghu jagixxu minghajr ma ghandhom bzonn jassumu l-atti tal-kawza precedenti. Il-kompromess huwa kuntratt ta' natura partikulari, li ghandu r-regoli u l-isem tieghu partikulari, u li ghandu certa analogija mat-transazzjoni. Tant hu hekk illi l-lodo mhux impunjabili hlieffil-kazijiet li fihom jista' jigi mpunjat att ta' transazzjoni. Ghaldaqstant jista' jikkompromettibiss min jista' jittransigi; jew ahjar, il-kondizzjonijiet rikjesti ghall-validita' tal-kompromesshuma l-istess bhal dawk tat-transazzjoni; u huwa null l-att tan-nomina u l-arbitru maghmul minn amministratur jew minn kull min ma jistax jiddisponi liberament mill-haga li fuqha tkun il-kwistjoni. Il-mandatarju jista' jikkomprometti fl-interess tal-mandant tieghu, purke' ghal dan l-iskop il-mandatikun mhux biss espress, imma wkoll specjali; jigifieri li mhux bizzejjed li l-mandatarju jkollu l-fakolta' generika li jikkomprometti u jittransigi, imma hija mehtiega l-fakolta' specjali li jikkomprometti jew jittransigi l-pendenza partikulari li tkun fil-kwistjoni. Ghaldaqstant in-nomina ta' arbitru maghmula minn mandatarju li ma kellux il-fakolta' specjali li jaddivjeni ghall-kompromess partikulari fuq il-vertenza in kwistjoni minn ghand il-mandati tieghu, hija nulla, u kwindi huwa null ukoll il-lodo maghmul minn dak . hekk nominat. U jekk il-lodi huwa null ghar-rigward ta' parti wahda,huwa null ukoll ghar-rigward tal-parti l-ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment