Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 617

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/07/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
GIUSEPPE SAMMUT ET vs CARMELO CAMILERI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1493 TAL-KODICI CIVILI - RETRATT - RIFUZJONI - SPJJEZ UTILI U NECESSARJI
Fil-Qosor
Ir-retrattarju ghamlu jigi mir-retraent kumpensat minn dak kollu li huwa jkun assuma fil-kuntratt umill-ispejjez li jkun ghamel fl-okkazjoni tal-bejgh. L-ispejjez iridu jkunu utili u necessarji simultaneament, jew ahjar kumulativament, u mhux bizzejjed li jkollhom wahda jew l-ohra minn dawk iz-zewg naturi. U jridu jkunu gew maghmula fil-haga retratta, u mhux biss proposti li isiru fiha; imma ghandha tkun ritrata, u mhux biss preposti li isiru fiha; imma ghandha tkun ritenuta maghmula fil-haga ritratta kwalunkwe opra li, ghal-konsistenza u natura taghha, tkun konnessa materjalment ma' l-istess haga, anki jekk dik l-opra tigi ezegwita barra mill-haga. Huwa spejjez "utili u necessarji" anki dawk il-mljorament li jkollhom dawk iz-zewg kwalitajiet kumulativament li jkollhom dawk iz-zewg kwalitajiet kumulativament. L-utilita u necessita ta' l-ispejjez li huma rifondibili lir-retrattarjughandhom jigu kunsidrati fil-waqt li l-istess ikunu saru, u mhux fil-waqt ta' l-ezercizzju ta' l-irkupru, il-ghaliex dawk l-ispejjez jibqghu rifondibili anki jekk ma jibqax l-effett originali taghhommeta jsir l-irkupru, purke' r-retrattarju jew kull possessur precidenti ma jkollux xi htija ghal dakl-effett negativ. F'kull, l-utilita ta' l-ispejjez ghandha tigi kunsidrata fil-kospett tar-retratarju. Fil-kaz li jigu ezercitat retratt wara li jkun ga gie ezercitat retratt precedenti fuq l-istess haga, ghax it-tieni retraent ikollu dritt prevalenti fuq l-ewwel retraent, it-tieni retraent ma hux obligat jirrifondi lill-ewwel retraent l-ispejjez li dan ikun ghamel fl-okkazzjoni ta' l-irkuprutieghu, non ostanti li t-tieni retraent ikun ezercita l-irkupru tieghu fl-ahhar minuta, imma "re adhue integra".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment