Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1273

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/12/1998
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
JOSEPH CASSAR AVETA NOE vs JOSEPH GATT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 1343, 1390, 1397 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH
Fil-Qosor
Meta konsenja ma tkunx ta' kwalita' mweghda, jew ma tkunx bhal kampjun li fuqu l-bejgh ikun sar, ix-xerrej jista' jaghzel; (1) jew li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni; (2) jew li jircievi l-haga biprezz anqas fuq stima ta' perit. Minn imkien fil-ligi ma jirrizulta d-dritt li qed jippretendu l-appellanti li l-kompratur izomm l-oggett li ma jkunx skond il-kwalita miftiehma jew bhall-kampjun u jesigi li dan jigi b'xi mod irrangat in parte mibdul jew sostitwit. Din hi dispozizzjoni essenzjalighall-protezzjoni tal-kumpratur kontra l-pretensjoni tal-venditur li una volta jkun ikkonsinna oggett mhux tal-kwalita' miftiehem jew mhux bhall-kampjun, jippretendi li l-kumpratur kellu jzomm dak l-oggett ikkonsenjat waqt li hu jipprova jirrangah jew jimmodifikah biex igibu jaqbel mal-kampjun jew mal-kwalita' miftiehma. Il-kompratur kellu d-dritt li jaghzel li jirrifjuta l-oggett jew li jzomm biprezz anqas. Din hi ghazla miftuha lill-kompratur li l-appellant ghar-ragunijiet taghhom ma ghamlux. Il-Qorti ta' l-Appell waslet ghal konkluzjoni illi filwaqt li kienet korretta s-sottomissjoni ta' lappellant illi kien legalment u proceduralment permess lilhom illi bhala kompraturi jopponu t-talba ghall-hlas ta' l-attur nomine billi jecepixxu li l-merkanzija onsenjata ma kinitx tal-kwalita' pattwita, huma certament ma kinux korretti fl-insistenza taghhom li jzommu l-mejda imma jibqghu jesiguli jridu hgiega gdida u li ma jhallsux il-bilanc dovut qabel ma jsir dan. Din l-opzjoni ma kinitxmiftuha gall-kompratur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni