Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 663

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/03/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
SPIRIDIONE DEBONO vs MARY DINGLI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1648, 1649 (A), 1645 U 1628 (B) U (C) TAL-KODICI CIVILI - DESKRIZZJONI TAL-FOND - LOKAZZJONI - TISWIJIET FIL-FOND LOKATIZJU
Fil-Qosor
Meta sid il-kera u l-kerrej ikunu ghamlu deskrizzjoni ta' l-istat tal-haga moghtija b'kiri, il-kerrej ghandu jikkonsenjaha lura f'dak l-istat li jkun irceviha skond id-deskrizzjoni li tkun saret, minbarra kwantu ghal dak li jkun inqered jew tgharraq bi qdumija jew forza magguri. Ghalkemm meta saretil-kirja ma tkunx saret diskrizzjoni minuta u dettaljata tad-diversi partijiet tal-fond, b'dan kollu l-espressjoni komprensiva uzata fl-iskrittura tal-ftehim "in perfetto buon stato" tekwivali ghal deskrizzjoni; ghaliex il-ligi ma timponix kif ghandha ssir din id-deskrizzjoni. Imma meta tkun saretdeskrizzjoni tal-fond, il-lokatur ma jigix mehlus mill-obligu li jzomm il-fond fi stat li l-kerrejjista' juzah, u li jaghmel ir-riparazzjonijiet kollha mehtiega fil-kors tal-lokazzjoni - barra dawkeccettwati mill-ligi - jekk ma jkunx hemm konvenzjoni espressa fil-ftehim f'dan is-sens, li tidderoga ghal dana l-obligu tal-lokatur. Konsegwentement, l-obligu assunt mill-kerrej li jirrestitwixxi l-fond fi stat perfett kif ircevieh, ghandu jfisser li hu ghandu jikkonservah f'dak l-istat biex hekkjikkonsenjah lill-lokatur meta tispicca l-lokazzjoni, izda ma jfisserx illi hu assuma l-obligu li jaghmel kull xorta ta' riparazzjonijiet, komprizi dawk ta' natura straordinarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni