eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 37D (1953), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 948
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
10/12/1953
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
JOSEPH PORTELLI NE. vs CARMELO VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
"MANAGING DIRECTOR" - ART. 68 U 66 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - DITTA - ILLEGITTIMITA' TAL-PERSUNA - INSTITUR - RAPPREZENTANZA GUDIZZJALI
Fil-Qosor
Skond il-ligi kummercjali, l-institur jista' jippromwovi azzjonijiet, u jista' jigi konvenut f'gudizzju, f'isem il-preponent ghall-obligazzjonijiet dipendenti mill-attijiet minnu ntraprizi fl-ezercizzju tal-kummerc, jew ta' ram tal-kummerc, li minnu jkun gie inkarikat, anki meta l-principal ikun jinsab f'dawn il-Gzejjer. Ghaldaqstant l-institur ta' ditta jista' jippromwovi azzjoni li titnissel minn operazzjoni minnu maghmula fl-ezercizzju tal-kummerc ta' dik id-ditta', anki jekk il-principal, jew min jaghmel minn dik id-ditta, ma jkunx assenti minn dawn il-Gzejjer . U biex hekk jagixxi ma ghandux bzonn imsemmi li qieghed jagixxi fl-isem tal-principal ezercitanti l-kummerc taht dik id-ditta: meta huwa jagixxi fl-isem ta' l-azjenda li minnha gie nkarikat minn min jaghmel minnha, huwa jagixxi sewwa anki minghajr ma jindika l-isem tal-principal. L-institur, fil-waqt li jkun qieghed jittratta affari tal-principal tieghu, jista' jindika, minflok l-isem u l-kunjom tal-principal, l-isem tad-ditta tal-principal. Hu veru illi d-ditta, jew ahjar l-azjenda kummercjali, fil-ligijiet taghna ma ghandhiex awtonomija guridika, imma l-institur jassumi processwalment il-libsa ta' parti.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.