Referenza: Volum 41E (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1075

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
IL-QORTI vs CARMELO FORMOSA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"MAINTENANCE ORDER" - ALIMENTI - INGURJI - NULLITA' - SEPERAZZJONI PERSONALI - TFAL - ZWIEG
Fil-Qosor
Zwieg, anki celebrat l-Ingilterra bejn kattoliku u mara mhux kattolika skond il-ligi ngliza, jibqa`jsehh ghall-finijiet kollha tal-ligi, sakemm ma jigix pruvat li dak iz-zwieg mhuwiex validu. hu ormaj pacifiku fil-gurisprudenza taghna illi jistghu jkunu kawzi gusti biex il-mara ma tghammarx ma` zewghha, mhux biss dawk li ghalihom skond il-ligi tista` tintalab is-separazzjoni personali, imma ankikawzi anqas, purke` ta` certa gravita` u ta` certa proporzjon, basta li jkunu attwali u kontinwati.Huwa wkoll maghruf illi jikkostitwixi ngurja gravi sufficjenti ghaal-firda personali l-fatt li wiehed mill-mizzewgin jipproponi jew isostni kawza b'mod li jikser jew anki jiddisturba l-armonija konjugali, billi jingera odju fl-animu tal-konjugi l-iehor; u ghalhekk gie ritenut illi l-mara tista` titbieghed mid-dar konjugali anki f'kaz ta` semplici dissidji u ta` "tensione di animi", mhux certament kapriccuzi u ta` importanza zghira. il-fatt li r-ragel, wara sentenza li annullat sentenza ohra likienet iddikjarat mhux validu z-zwieg teighu, jibqa` jsostni n-nullita` taz-zwieg tieghu, u dipju jsostni li martu setghet ittradietu ma` ragel iehor, jikkostitwixxi ngurja mhux biss gravi, imma attwali u kontinwata, b'mod li l-mara hija legittimata tirrifjuta li tghammar ma` zewgha. Konsegwentement, jekk mara jkollha dawn il-lanjanzi kotnra zewgha, u tottjeni digriet ta` alimenti kontra zewghamill-Qorti tal-Ingilterra taht il-"Maintence Orders Act", ir-ragel hawn Malra ma jistghax jirrezistidak id-digriet billi jallega li martu abbandunata u ma jistghax jirrezisti dak id-digriet bili jallega li martu abbandunatu u ma tridx tigi tghammar mieghu hawn Malta. Kwantu ghat-tfal litwieldu minn dak iz-zwieg, ir-ragel ma jistghax jippretnendi li ma ghandux imantnihom ghaliex, barra limhumiexqeghdin meighu, huma jew illegittimi jew mhux rikonoxxuti minnu bhala ulidu. Ladarba z-zwieg teighusar l-Ingiklterra bil-formalita` rikonoxxuta valida mill-ligi ngliza, it-tfal imwielda minn dak iz-zwieg, sakemm dan ma jaqghax, huma legittim; u r-ragel hu obligat imantnihom. Jekk hu xejn ma jaghmel biexjuri li dawk it-tfal twieldu minn ragel iehor, dawk it-tfal ghandhom il-prezunzjoni tal-legittimita`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment