Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 368

Judgement Details


Date
16/06/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
JOSEPH GRECH vs CARMELO SAID
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ANTIKRESI - ART. 2091 TAL-KODICI CIVILI - BENEFIKATI FIL-FOND ANTIKRETIKU - INTENZJONI TAL-PARTIJIET
Summary
Bil-kuntratt tal-antikresi l-kreditur jakkwista l-jedd li jdahhal il-frottijiet tal-immobili tad-debitur tieghu, bl-obligu li kull sena jaqta' dawn il-frottijiet mill-imghax, jekk ikollu jehodhom, u mbghad mill-kapital tal-kreditu tueghu. L-antikresi mhix att ta' aljinazzjoni, u lanqas kostituzzjoni ta' dritt reali, imma biss l-ghoti tad-dgawdija tal-fond bhala garanzija tal-hlas tad-dejn. Fostl-obligi li ghandu l-kreditur antikresista, hamm dak li jzomm fi stat tajjeb l-immobili u jaghmel fih it-twissijiet mehtiega. Ghalhekk hu ma ghandu ebda dritt fuq l-immobili, ma jistax jimmodifikah jew jalterah, anki bl-animu li jaghmel haga tajba, hu jeccedi l-poteri tieghu. Konsegwentement, il-kreditur antikresista ma ghandux dritt fuq bicca raba' lilu moghtija b'titolu ta' antikresi, jibni kostruzzjonijiet ta' ebda xorta. U la fakolta' simili m atkunx giet espressament koncessa fil-kuntratt ma jistghax hlief ikun regolat fuq dan il-punt mid-dispozizzjonijiet generali tal-ligi; u hekk jigi illi dak il-kuntratt, minghajr dik il-fakolta' espressa, ghandu jigi nterpretat skond dawk id-dispozizzjonijiet bil-konsegwenza illi l-kreditur antikresista ma ghandux dritt jaghmel bini fuq la-rt li qeghedha ghandu b'antikresi. Certament, kuntratt li bih tigi pattwita antikresi ghal hames mitt sena bl-obligu li l-kreditur ma jkunx jista' jitlob lura l-hlas tal-kreditu tieghu, u d-debitur majkunx jista' jiehu lura l-fond, qabel jghaddu dawk il-hames sekoli, ma hux it-tip normali u ortodoss tal-antikresi prevista mill-legislatur; ima ladarba ma jigix pruvat li dak ma kienx att ta' antikresivera u reali, jibda' regolat u nterpretat bid-dispozizzjonijiet tal-ligi li jirregolaw l-istitut tal-antikresi. U jekk ikun sar bhala manuvra biex jigi evitat l-irkupru, ma jistghax evidentement jircievi xi trattament specjali ta' favur sempliciment ghax kien espedjant, tolerat mill-ligi, biex jigi evitat l-irkupru. Xejn ma jservi li l-intenzjoni tal-kreditur kienet dik li fuq il-fond antiretiku huwa jtalla' l-bini, u li din l-intenzjoni kienet maghrufa mill-koncedent tal-antikresi vera u propria, li fih din il-fakolta ma tissemma xejn. Kien x'kien il-motiv, ossija l-iskop finali li ghalieh il-kreditur ried jakkwista l-fond f'idejh, galadarba hu u l-parti l-ohra riedu u ntendew antikresi, ma tistghax l-intenzjoni taghhom f'dak il-kuntratt hlief tkun relatata man-natura tieghu bhalatali. L-antikresi minn natura taghha ma tikkomportax dritt ghall-kreditur li jaghmel tibdil u kostruzzjoni godda fil-fond u huma ma ntendewx derogazzjoni simili ghall-effetti normali tal-kuntratt likienu qeghdin jistipulaw, meta lanqas biss semmewha in konnessjoni mal-istess kuntratt. Id-dritt li jippretendi l-kreditur f'kontngenzi simili mhuwiex konsegwenza jew effett necessarju tax-xorta tal-kuntratt. Il ghamel, li anzi huwa devjazzjoni jew derogazzjoni ghall-effetti u konsegwenzi normaliu uzwali tieghu; u allura l-hsieb tieghu, anki jekk konoxxut mill-parti l-ohra, ma jistghax joperafis-sens li jaghtieh dak id-dritt. La l-ekwita', la l-bona fidi, u lanqas il-ligi, ma jippermettu li jigi mizjud a kariku tal-proprjetarju tal-fond patt iehor li hu jikkunsidra oneruz, u li fil-kuntratt ma ssemma xejn , fuq is-sipposta raguni li dak il-fatt kien fil-hsieb tal-kreditur meta sar il-kuntratt. Jekk minhabba dan in-nuqqas il-kreditur ma junx jista' jirrealizza l-iskop tieghu (estranju ghan-natura tal-antikresi) minghajr ftehim mal-proprjetrju, din mhix konsiderazzjoni li tista' twaqq' dak li ntqal fuq. Lanqas ma hija accettabbli l-pretensjoni tal-kreditur fis-sens illi l-proprjetarju tal-fond ghandu jissubixxi l-ezercizzju ta' dritt li l-kreditur ma ghandux, salvo li, meta jkun il-waqt, il-osteri remoti tieghu jgieghelu lill-posteri remoti tal-kreditur li jwaqqghu dak li junbena l-kreditur jew ihallsu l-plus-valenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment