Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 436

Judgement Details


Date
06/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO AGIUS FERNANDEZ ET. vs AVUKAT DR. FILIPPO NICOLO' BUTTIGIEG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AVUKAT - DANNI - DIVIZJONI - EREDITA' - KOLPA - NEGLIGENZA - PROFESSJONISTA - SELF
Summary
Huwa ormaj pacifiku fil-gurisprudenza nostrali, li taqbel f'dan il-pont ma' dik taljana u franciza,illi l-avukat ma jistghax jigi ritenut responsabbli di fronti ghall-klijenti tieghu semplicement ghaliex il-parir tieghu jkun zbaljat; imma, biex tigi ravvizata dik ir-responsabilita', jehtieg li jkun hemm agir doluz ossija frawdolenti, jew inkella li l-izball tal-avukat kien l-effett ta' dik li b'nomenklatura diversa, izda b'identita' ta' sostanza, tissejjah "colposa ignoranza" jew "sup'na ignoranza", jew "evidente incapacita'", jew "grave incuria". U l-gurisprudenza ngliza mhix dissimili, billi f'dik il-gurisprudenza, sabiex fil-kaz ta' konsulent ikun hemm "actionable negligence", jehtiegli jkun hemm "gross ignorance or gross negligence". Kwota indiviza u illikwida ta' eredita' ma hixgaranzija li tista' tigi accettata ghar-restituzzjoni ta' mutwu; ghas-semplici raguni li jista' facilment jigri li in definittiva lill-mutwatarju ma tmiss ebda proprjeta' mmobiljari; il-fatt li l-mutwatarju jkollu kwota ndiviza ta' eredita', u kwindi in teoria kwota ndiviza tal-istabili fiha komprizi, ma jfisser xejn, ghar-raguni, fost ohrajn, li, ghalkemm per regola kull komproprjetarju ghandu l-jedd li jiehu s-sehem tieghu tal-beni in natura, u fil-formazzjoni tal-porzjonijiet ghandu, kemm jista' jkun jigi mdahhal sehem ugwali ta' mobili, immobili, krediti, ecc., eppure dan jista' jigi facilment frustrat, ghaliex ir-regoli tal-ligi huma applikabbli sakemm il-kondividenti ma jifthemux xort'ohra, u dawn; meta huma prezenti u kapaci, jistghu jaghmlu l-qasma b'kull mod u ghamla li joghgobhom; u l-ligi stess tikkontempla l-ipotesi (anki apparti l-ftehim bejn il-kondividenti) li ma jkunx possibbli li tigi nkluza porzjoni ta' stabili f'kull sehem, apparti milli, meta l-kondividenti jkunu kollha prezenti f'dawn il-Gzejjer u kapaci, il-mutwartarju jista' dejjem, ghal ragunijiet onesti jewle, jiehu l-kwota tieghu kollha f'sustanzi mobiljari, anki apparti milli s-sustanzi mobiljari tal-eredita' jkunu ta' valur akbar minn dak tas-sustanzi immobiljari. Il-pozizzjoni tista' tigi aggravataminn cirkustanzi ohra li jirrendu aktar facli din il-possibilita', bhal ma hu l-fatt illi l-mutwatarju jista' jkun tenut ghal xi konferimenti li jassottiljaw jew jinnewtralizzaw ghal kollox il-kwotaereditarja, u l-fatt li l-eredi, in komune mal-ko-eredi, ikollu kwota ndiviza tal-eredita', minghajr ebda dritt tieghu li jipoteka b'effikacja kawtelanti tal-mutwi kwota tal-istabili; l-ipoteka ta' kwota ndiviza ta' eredita' acceza bhala garanzija ta' self tista' hekk tigi ghal kollox effimera. L-avukat li jikkonsulta favorevolment mutwu b'garanzija simili u f'cirkustanzi bhal dawn juri nuqqas ta' diligenza li jirrendieh responsabbli ghad-danni li jsofri l-izburzant minnu konsultat, li johrogflusu biex jimpjegahom b'mod fruttieru, u mbghad ma jsibx fil-patrimonju tal-mutwatarju beni mnejn ikun jista' jigbor flusu. Mhix attendibbli l-allegazzjoni tal-avukat konsulent li din l-eventwalita'talvolta tkun avverat ruhha minhabba xi manuvri li jkunu saru biex il-patrimonju tal-mutwatarju majkunx fih stabili mnejn jista' jigi restitwit il-mutwu; ghax l-opera tal-avukat hija ntiza appuntu biex tqieghed lill-izburzant fis-sod kontra eventwali manuvri ta' din ix-xorta. Lanqas jista' jigi nkolpat l-izburzant jekk huwa jkun irratifika divizjoni li fiha l-mutwatarju ha parti u huwa nkassa parti mill-kapital minnu sburzat u misluf, jekk ic-cirkustanzi juru li dik ir-ratifika kienet maghmula bir-ragun, u biha d-dannu gie skongurat milli jkompli jikber. L-inkurja tal-konsulent tkompki tikber jekk, wara li huwa jkun ga kkonsulta mutwu b'garanzija hekk effimera, ikompli jikkonsulta favorevolment mutwi ohra taht l-istess garanzija. Konsult tal-avukat f'dawn il-kontin'enzi jkun in konflitt ma' principji ta' ligi konoxxuti; il-kaz ma jkunx ta' xi punt diskutibbli ta' dritt, jew xi interpretazzjoni dibattibbli ta' xi dispozizzjoni oskura tal-ligi, imma kaz ta' negligenza jew inkurja lijirrendu l-avukat responsabbli ghall-konsegwenza li dik in-negligenza u dik l-inkurja jikkagunaw lill-klijent li silef flusu fuq il-konsult tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info