Referenza: Volum 34A (1950), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 238

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/1950
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
LORENZA BARBARA vs ANTHONY CASSAR TORREGGIANI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"EMERGENCY COMPENSATION BOARD" - ART. 8(2) U (6) TAL-HOUSING ACT 1949 - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - REKWIZIZZJONI
Fil-Qosor
Meta fond huwa rekwizizzjonat, u l-Emergency Compensation Board ikun iffissa l-kumpens li ghandu jhallas il-Housing Commissoner ghall-okkupazzjoni ta' dik il-fond, u l-Housing Commissioner imbaghad jakkomoda fih lil xi persuna, dik il-persuna tigi rikonoxxuta definitivament bhala inkwilina tal-fondmis-sid jekk dan, fi zmien tletin gurnata minn meta jigi notifikat b'ittra ufficjali biex jirrikonoxxi lil dik il-persuna bhala inkwilin tieghu, ma jirrikorrix quddiem l-Awtorita' kompetenti biex jigiezentat minn dak ir-rikonoxximent jew jirrikorri hekk bla success. U allura jinholoq rapport ta' veru lokazzjoni bejn is-sid u l-persuna hekk akkomodata, li ssir veru inkwilin. Din il-lokazzjoni titqies li saret ghal zmien tliet xhur minn dak inhar tar-rikonoxximent definitiv ta' l-inkwilin, salvar-rilokazzjoni favur dak l-inkwilin. F'dawk it-tliet xhur l-inkwilin huwa obligat ihallas il-kera fuq il-bazi tal-kumpens perijodiku li jkun imhallas, jew ikun ghad irid jithallas, mill-Housing Commissioner lis-sid skond ma kien gie iffissat mill-Emergency Compensation Board; imma wara dawk it-tlietxhur l-inkwilin ikollu d-drittijiet kollha ta' inkwilin regolari, fosthom dak li jirrikorri quddiemil-Board tal-Kera biex jigi stabbilit il-kera xieraq tal-fond; u ma jistax is-sid jippretendi li l-inkwilin ghandu jkompli jhallas il-kera fuq il-bazi stabbilita mill-Emergency Compensation Board.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni